Barranin
Jittripplaw il-każijiet ta’ ħosba fl-Ewropa

Is-sena li għaddiet, il-każijiet tal-ħosba fl-Ewropa ttriplaw għal 82,596 – l-ogħla numru ta’ persuni li ħakmithom il-marda f’dawn l-aħħar 10 snin.

Skont studju li sar mill-World Health Organisation (WHO), għalkemm sar titjib fir-rata li qed jittieħed it-tilqim għal din il-marda, dawn xorta waħda mhux ilaħħqu mal-mikrobu li kull ma jmur qiegħed jinfirex aktar.

L-Ukraina kien l-aktar pajjiż milqut mill-mikrobu tal-ħosba b’53,218 jinħakmu mill-mikrobu. Ir-raba’ u l-ħames pajjiżi l-aktar milquta kienu Franza u l-Italja b’2,913 u 2,517 persuna maħkumin mill-mikrobu rispettivament.

Il-ħosba hija marda kkawżata minn virus li jinfirex malajr li jaf iwassal għal kumplikazzjonijiet serji fis-saħħa tal-bniedem bħal infezzjonijiet fil-pulmun u fil-moħħ.

 

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Papa Franġisku preseda l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-funzjoni saret bil-Latin għalkemm l-omelija saret minn Patri Raniero Cantalamessa bit-Taljan li bbaża l-omelija tiegħu fuq it-tbatija ta’ Kristu…

Barranin

Ġurnalista li kienet qed tirrapporta dwar irvell f’Londonderry fl-Irlanda nqatlet b’tir. Il-Pulizija qed tittratta dan il-każ bħala inċident terroristiku. Intant, dissidenti Repubblikani qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Lyra McKee ta’ 29…

Barranin

Il-Papa Franġisku ċċelebra l-Quddiesa tal-Aħħar Ċena ta’ Ħamis ix-Xirka f’ħabs qrib Ruma. Huwa ħasel u bies saqajn tnax-il ħabsi. Din hija l-ħames darba li l-Papa mexxa s-servizz lil hinn mill-Vatikan,…

Barranin

Bradley Welsh, boxer, futboler, u attur Skoċċiż, inqatel fi sparatura f’Edinburgh. Bradley, li kellu 42 sena, kien ħalla l-isports warajh biex daħal fid-dinja taċ-ċinema. Huwa kien wieħed mill-atturi ewlenin fil-film…

Aktar