Lokali
Jittamaw fl-IVF biex jiċċelebraw il-Milied bħal koppji bit-tfal

Kyle u Roberta jixtiequ l-ulied tagħhom iżda għandhom il-problema tal-infertilità.  Wara operazzjoni li Roberta għamlet din is-sena, qalet li t-triq ‘il quddiem kienet l-IVF. It-tobba ssuġġerewlha embryo freezing.

“Kien xokk. Wara l-operazzjoni għamilt iljieli ma norqodx . . . jiswa l-flus, stressful . . .għamilna r-riċerki u għażilna li mmorru barra minn Malta.  L-għażla li mmorru barra kienet minħabba r-restrizzjonijiet fil-liġi eżistenti tal-IVF f’Malta. S’issa kellna attempt ma kellniex suċċess, għamilna testijiet ġodda u nisperaw li l-attempt li jmiss naslu, mhux just li ninqabad preganant imma li wara t-tqala jkolli tarbija f’idejja.  Kien żmien stressanti ħafna.  Tliet snin li tibdel kif tħares lejn il-ħajja” spjegaw Kyle u Roberta. 

Jgħidu li l-piż finanzjarju hu kbir, anke għall-fatt li kellhom imorru barra minn Malta. “So far, aħna nfaqna €16,000″ qalu Kyle u Roberta. 

Għal Roberta, hemm sfidi oħra, l-akbar waħda hi dik emozzjonali. “Fiżikament tgħaddi minn ħafna għax it-trattamenti huma ftit invasive. L-egg retrieval hi proċedura li tirrikjedi ċertu loppju. Qisha operazzjoni żgħira.  Il-mediċini neħduhom kollha f’forma ta’ injections.  It-teħid tad-demm.  Jiġifieri physically hi straining ħafna imma emotionally hi iebsa immensament. Li tkun trid tarbija mhix xewqa. Xewqa li nsiefer xi safra mal-familja, jew nixtri karozza. Li trid tarbija hu istint matern li jkollok u qed tagħmel minn kollox u mhux jirnexxielek” spjegat il-koppja. 

Quddiem din it-triq twila, għaliex Kyle u Roberta ma kkunsidrawx li jadottaw jew il-fostering?

Il-koppja spjegat li “aħna dan mhux dritt li jkollna t-tfal. Irridu li jkollna ċ-ċans l-opportunità. Aħna dik, l-ewwel nieħdu dan iċ-ċans li għandna u mbagħad ngħidu we did our best. Iva l-affarijiet l-oħra nikkunsidrawhom għax l-imħabba li għandna, li rridu nagħtu nixtiequ nagħtuha.  Imma qed nimxu pass pass. Jekk ma naslux.  Mhix option li qed neskluduwha”.

Jirrimarkaw li hemm weġgħat, fosthom li l-proċess irid iż-żmien tiegħu.  Iżda mhux biss!

“Il-Milied weġgħa oħra għax hi festa assoċjata mat-tfal”

Jien nibża’ minn big family gatherings għax hemmehkk il-mistoqsija taf toħroġ.  Jarawk li tkun ilek miżżewġa ftit tas-snin, anke ġieli ma tkunx ilek u jgħidulek: “meta se taħseb għat-tfal? mela ma tridx tfal?”  Il-Milied weġgħa oħra għax hi festa assoċjata mat-tfal, allura inti tgħid “tieħgi fejnhom?” Tibda tgħid “għaddiet sena oħra, is-sena l-oħra kont ngħid forsi l-Milied li ġej, imma reġa’ ġie u konna fejn konna” qalet Roberta.

Kyle stqarr li fittxew ukoll għajnuna professjonali għax kien hemm mumenti li ma bdewx jifhmu lil xulxin.  Kyle u Roberta jappellaw biex il-liġi tiġi riveduta biex fi kliemhom issir ġustizzja ma’ koppji li bħalhom għandhom din il-problema.

Min għaddej minn din il-problema jaf li t-tfal mhumiex dritt imma jridu l-opportunitajiet biex iħaddnu tarbija magħhom.

Jappellaw ukoll biex wieħed joqgħod attent xi kliem jgħid. 

Illum diġà hemm tfal li ġew imwielda bi sperm donor, bi frozen embryos, b’egg donor. B’ċertu kliem qed inweġġgħu lill-ġenituri u lit-tfal. Dawn it-tfal m’għandhom xejn anqas minn oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Michelle Paris hija mużiċista u kompożitiriċi li l-passjoni kbira li għandha għall-mużika tradizzjonali Irlandiża ddistingwietha bir-rebħ ta’ midalji prestiġjużi lil hinn minn xtutna. Il-mużika tradizzjonali Irlandiża għandha għeruq li jmorru…

Kultura

Il-Feniċi – poplu mil-Lvant Nofsani li waqfu kolonja tagħhom f’Malta fl-ewwel millenju Qabel Kristu. Iċ-ċiviltà Feniċja kienet waħda bbażata fuq il-kummerċ marittimu li firxet tul il-Baħar Mediterran u dan jistgħu…

Stejjer Umani

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest…

Knisja Maltija

L-Azzjoni Kattolika Maltija għaddejja bi proġett biex dar li għandha f’Ħal Balzan tinbidel f’post li tkun tista’ tagħti kenn lill-familja jew persuni li għal xi raġuni jew oħra jispiċċaw ma…

Aktar