Lokali
Jittamaw li sal-aħħar tas-sena jkunu rikonoxxuti uffiċjalment b’warrant

Ix-xjenza tar-restawr mistennija tibda tkun rikonoxxuta b’warrant professjonali lir-restawraturi. Ir-restawraturi Maltin qed jittamaw li dis-sena tgħaddi l-liġi dwar il-wirt kulturali li tipprovdi wkoll għar-rikonixximent tal-professjoni tagħhom.

F’sena fejn Malta tinsab fil-qofol ta’ ċelebrazzjonijiet Ewropej relatati mal-kultura, fosthom permezz tal-Kapitali tal-Kultura Ewropea, ir-restawraturi u l-konservaturi qed jittamaw li sal-aħħar tas-sena jkunu rikonoxxuti uffiċjalment b’warrant.

Il-President tal-organizzazjoni tar-restawraturi u l-konservaturi James Licari qal li din is-sena għandha titressaq liġi ġdida dwar il-kultura li mistennija tipprovdi għar-rikonoxximent tal-professjoni tagħhom skont ir-regoli u standards Ewropej. SaĦaq li gĦalihom dan huwa pass importanti li ilhom jistennewh.

Il-President MAPCo-Re, James Licari qal ”warrant mhux biss karta imma mod legali li restarwatur qed jingħata r-responsabiltà lejn il-kultura bħal ma tabib jingħata responsabbiltà lejn il-pazjent. Aħna rridu dil-warrant bħala mod fejn aħna nkunu rikonoxxuti hawn Malta.

Is-Sur Licari qal li l-warrant jingħata fuq standards ta’ edukazzjoni u taħriġ. Spjega li r-restawraturi jrid jirrispettaw il-ħsieb tal-artist jew il-perit li jkun għamel ix-xogħol oriġinali.

Il-President MAPCo-Re, James Licari ”Aħna mhux artisti imma qegħdin hemm biex nirrispettaw u nistudjaw xjentifikament il-mod kif saru il-materjali. Bħala professjonisti, flok ngħidu aħna artisti, ngħidu li aħna xjentisti, nifmhu x-xjenza wara l-arti.”

F’konferenza tal-organizzazjoni Ewropea tal-konservaturi u restawraturi li ltaqgħet f’Malta, il-President Susan Corr saħqet fuq il-ħtieġa ta’ standards uniformi fl-Ewropa u l-importanza tar-rikonoxximent legali.

Il-President ECCO, Susan Corr ”the work that the restorer does is in the public interest. We work on cultural heritage which is a human right. We have to access cultural heritage and that it is transmitted into the future in its authenticity, that it is culturally legible and an authentic heritage. The conservator restorer through distinct training and education is empowered and authorised to work and manage that change and make intervention and therefore the work is done in best practice.

Fil-konferenza li ltaqgħet fil-mużew tal-arkeoloġija u fil-forti Sant Iermu, ħadu sehem organizzazjonijiet minn 15-il pajjiż Ewropew fosthom Franza, il-Ġermanja, l-Olanda u l-Italja.