Kronaka
AĠĠORNAT: Il-mara li nstabet mejta f’San Ġiljan mietet mgħerrqa

Għadha mhix magħrufa l-identità tal-mara li dalgħodu nstabet mejta fil-baħar, fil-bajja tal-Balluta f’San Ġiljan.

Awtopsja li saret fuq il-katavru ddeterminat li l-mara mietet mgħarrqa, fost indikazzjonijiet li hi Ażjatika fl-età ta’ madwar 40 sena.

Il-Pulizija qalu li għall-ħabta tas-7.00 ta’ dalgħodu ġew mgħarrfa li ntlemħet persuna mejta f’wiċċ il-baħar. Aktar tard il-katavru ttella’ l-art minn tim mediku bl-għajnuna tal-Pulizija.

Bis-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Claire Stafrace Zammit, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-protesta li saret fil-Belt Valletta lbieraħ seħħet mingħajr permess. Dan intqal fi stqarrija uffiċjali tal-Pulizija li qalu li sakemm saret il-protesta lbieraħ filgħodu, l-organizzaturi ta’ din il-protesta ma applikawx għall-permess, kif…

Kronaka

Riżultat tar-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin, tqaċċtu numru ta’ siġar fosthom waħda l-Mosta li waqgħet fuq vettura li kienet ipparkjata u oħra f’Sant’ Anton. Kelliema għall-pulizija qalet li…

Kronaka

Luana Borg, it-tfajla ta’ 14-il sena li lbieraħ kienet irrapportata nieqsa nstabet qawwija u sħiħa. Hija kienet irrapportata nieqsa wara li kienet dehret l-aħħar nhar il-Kunċizzjoni, 8 ta’ Diċembru viċin…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi ħafna għal qawwa ta’ riefnu fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-10pm.

Aktar