Kultura
Jittella’ l-ewwel festival tal-films Indjani b’taħlita ma’ produzzjonijiet Maltin

Fil-Kavallier ta’ San Ġakbu sa nhar il-Ħadd ser jittella’ l-ewwel festival tal-films Indjani b’taħlita ma’ produzzjonijiet Maltin. Fil-festival ser jintwerew 26 film, 20 minnhom Indjani li minnhom ser jintgħażel l-aħjar film. Wieħed mill-ġurija ser ikun id-Direttur u scriptwriter Vijay Krishna Acharya li jgawdi fama internazzjonali.

Vijay Krishna Acharya li huwa direttur u scriptwriter rinomat internazzjonalment speċjalment fix-xena tal-films Indjani fl-aħħar sentejn qatta’ diversi xhur f’Malta jiġbed xeni għall-produzzjoni tiegħu Thugs of Hindostan. Ħafna mix-xeni nġibdu fir-Rinella. Qal li f’Malta sab l-esperjeza u l-għarfien li kien jeħtieġ biex jinbnew ix-xwieni.

Vijay Krishna Acharya  qal “what we needed a water tank and place to build the ships. The film is in a time when India was rules by company in the 18th and 19th century. The film is a fictional landscape but the historical period is quite correct.”

Vijay Krishna Acharya qal li l-film huwa avventura li seħħet meta l-Ingliżi kienu qed jokkupaw l-Indja.

Mistoqsi kif kienet l-esperjeza tiegħu f’Malta qal li jħossu jista’ jgħix hawn.

Vijay Krishna Acharya qal “I could live in Malta. I feel very much at home, between Christmas 2016 and May 2017 I have been four times”.

Id-Direttur Krishna Acharya li ser ikun fil-ġurija fil-festival qal li jħossu kburi li jerġa’ jinsab Malta.

Vijay Krishna Acharya qal “I am very excited to be part of the jury of the Malta India Film Festival. It something that can bring both these nations closer together and start a cultural exchange which is international.”

Krishna Acharya qal li l-livell tal-festival huwa wieħed għoli ħafna kemm fil-produzzjonijiet Indjani kif ukoll Maltin iżda huwa ser ifittex storja li hija rakkontanta tajba u li tqanqal l-emozzjonijiet f’dawk li ser jaraw il-films.

Vijay Krishna Acharya qal “a story well told and that evokes emotions in you that is the universal aspect that we look at.”

Fil-festival ser jintwerew 26 film li 20 minnhom huma produzzjonijiet Indjani u sitta Maltin. Il-Festival Malta Indian Films li qed jittella’ taħt id-Direzzjoni ta’ Engelbert Grech ser jinżamm fil-Kavallier ta’ San Ġakbu bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar