Kronaka
Jittieħed l-Irlanda wara li xahar ilu ttajjar f’Tas-Sliema

Deskritt minn qrabatu u sħabu fl-Irlanda bħala raġel b’qalb tad-deheb, David Cooley, ta’ 67 sena ġie trasferit minn Malta lejn Youghal, f’County Cork sabiex ikompli jingħata l-attenzjoni medika hemmhekk.

Fil-5 ta’ April li għadda David Cooley ittajjar minn karozza f’Tas-Sliema. Huwa ilu minn dakinhar fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ Mater Dei f’koma. Minn dakinhar tal-inċident, imdawrin ħdejh fejn is-sodda fl-isptar, qrabatu li ġew Malta sabiex ikunu ħdejh.

Id-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin tal-Irlanda pprovda assistenza konsulari lill-familja ta’ Cooley u anke għen biex jinġieb Malta ‘air ambulance’ biex wara 25 ġurnata fl-ITU, ittieħed fi sptar f’pajjiżu.

L-inċident li fih kien involut l-anzjan Irlandiż seħħ għall-ħabta tas-1am fi Triq Windsor f’Tas-Sliema. Dakinhar TVM irrapporta li huwa ttajjar minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Mosta. Mad-daqqa, l-Irlandiż spiċċa fuq il-windscreen u wara fit-triq fejn spiċċa taħt il-bankina. Wara l-inċident, is-sewwieq tal-karozza ttieħed l-għassa ta’ Tas-Sliema u ma għaddiex mit-test tal-breathalyser. TVM huwa infurmat li fil-jiem li ġejjin is-sewwieq se jaffaċċja akkużi fil-Qorti rigward dan l-inċident.

Il-missier ta’ tliet itfal ittajjar minn karozza ftit sigħat biss li hu flimkien ma’ martu Margaret u koppja oħra waslu Malta għal vaganza.

David Cooley għandu rabta speċjali ma’ Malta. F’Settembru tal-2016, flimkien ma’ ħabib tiegħu Hugh Carson kienu taw donazzjoni lill-Forti Sant’Anġlu arma li tirrappreżenta lil din il-Forti li tmur lura kważi 80 sena. TVM kien irrapporta dwar din l-għotja tal-arma li kienet kważi ilha 60 sena “mitlufa”, u issa tinsab lura Malta għand Heritage Malta biex tifforma parti mill-mużew nazzjonali.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Ix-xufier li tajjar lill-anzjan ma jgħaddix mit-test tal-breathalyser

Arma li tirrappreżenta l-Forti Sant’Anġlu tinstab f’kexxun ta’ dar fl-Irlanda

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Restawr estensiv fil-Berġa ta’ Aragona kixef forn uniku u fdalijiet storiċi oħra ta’ żmien il-Kavallieri. Hu maħsub li ladarba jitlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr f’din il-berġa, dan il-wirt storiku jibqa’ mikxuf…

Kronaka

Fi stqarrija uffiċjali, il-Gvern qal li ħatar inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, biex jippresedi Kummissjoni ta’ Inkjesta…

Ambjent

Mijiet ta’ eluf ta’ dimostranti, ħafna minnhom żgħażagħ inġabru u qed ikomplu jinġabru fi bliet madwar id-dinja fi protesta biex isejħu għal azzjoni immedjata favur il-klima dinjija. F’Malta wkoll, attivitsti…

Droga

Sejba ta’ madwar seba’ kilos ħaxixa tal-Kannabis flimkien ma’ ammont ta’ trab abjad suspettat droga kokajina lesta biex tiġi traffikata saret bis-saħħa tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga u membri tal-RIU. Parti…

Aktar