Kronaka
FILMATI DRAMMATIĊI: Ġuvni fil-periklu tal-mewt – spiċċa f’wied bit-trakk maqsum fi tnejn

Xufier ta’ trakk li kien qed iġorr il-ħamrija ttieħed l-isptar wara li għal xi raġuni, it-trakk spiċċa fil-Wied tal-Ġnejna.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:00 meta żagħżugħ Albaniż ta’ 24 sena residenti Ħaż-Żabbar kien nieżel in-niżla tal-Ġnejna bit-trakk tat-tip Hino Ranger meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u spiċċa fil-Wied.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu liż-żagħżugħ mill-vettura. Mad-daqqa, l-ilqugħ tat-trakk inqasam u t-trakk spiċċa nqasam f’żewġ biċċiet.

Il-ġuvni ittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

6 kantanti Maltin minn La Voix Studios kisbu unuri kbar meta ġew fl-ewwel post f’diversi kompetizzjonijiet fil-Polonja. Ilbieraħ Beppe Camenzuli Kerr, Valentina Muscat Vassallo, Giuseppe Saliba, Rihanna Caruana, Elamay Mifsud…

Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Aktar