Lokali
Jittrippla l-ammont ta’ nisa f’karigi għolja fis-servizz pubbliku

F’ħames snin, kważi ttrippla l-ammont ta’ nisa li qed jokkupaw l-għola karigi tas-servizz pubbliku.  Dan joħroġ mill-Women Leaders Index 2016-17, li juri li l-proporzjon tan-nisa fl-għola karigi fis-servizz pubbliku kien ta’ 38.1%, żewġ punti perċentwali inqas mill-medja Ewropea.

Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permamenti Ewlieni ntqal li l-iktar fatturi li qed jinkoraġixxu lill-uffiċċjali pubbliċi nisa biex ikomplu javanzaw fil-karriera tagħhom u jilħqu l-għola skali tas-servizz pubbliku hu l-miżuri għall-bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja.  Skont l-istqarrija, minn 773,679 mara li bbenefikaw mill-miżuri favur il-familja fl-2012, ħames snin wara dawn żdiedu b’31% għal 4,838.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-qabża kbira ‘l quddiem li seħħet u fl-istqarrija ġie kkwotat jgħid li din il-qabża tixhed il-fatt li s-servizz pubbliku ma jagħmel l-ebda distinzjoni bejn is-sessi u l-ħidma li qed issir favur opportunitajiet indaqs għal kulħadd.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018: Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu storja li tgħid grupp ta’ depożitanti tal-bank Pilatus…

Edukazzjoni

Il-qari huwa importanti iżda kemm hu faċli li nġorru ktieb u naqrawh? Ninsabu fl-eqqel tas-sajf – loġikament l-iktar staġun mill-erbgħa li matulu żgħar u kbar ikollhom ftit ħin iżjed mis-soltu…

Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Aktar