Infrastruttura
Daqshekk għaż-Żejtun minn Bir id-Deheb

F’Bir id-Deheb twaħħlu bollards ġodda bil-għan ta’ aktar sigurtà fit-triq.

Infrastructure Malta indirizzat il-problema tat-traffiku li kienet qed tinħoloq billi waħħlet bollards u b’hekk ippreveniet milli sewwieqa jaqsmu t-triq biex iduru għaż-Żejtun.

B’hekk dawk li jkunu ħerġin minn Bir id-Deheb direzzjoni lejn il-Belt jew lejn Ħal Għaxaq iridu jibqgħu sejrin lejn ir-roundabout.