Barranin
Jitwaqqa’ l-ewwel ajruplan militari tas-Sirja mill-koalizzjoni tal-Istati Uniti

Ajruplan militari tal-Gvern Sirjan twaqqa’ għall-ewwel darba minn fighter jet tal-koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti. Huwa maħsub li dan kien l-ewwel ajruplan militari li twaqqa’ minn ajruplan militari Amerikan sa mill-kampanja tal-Kosovo fl-1999.

L-SU-22 twaqqa’ l-Ħadd waranofsinhar f’Raqqa mill-F/A-18E Super Hornet, peress li kien qed jitfa’ l-bombi qrib is-Syrian Democratic Forces (SDF), li huma alleati mal-Istati Uniti.

Il-Pentagon qal li militanti favur il-gvern Sirjan kienu attakkaw sezzjonijiet tas-SDF u ħarġuhom ‘il barra minn Ja’Din. L-SDF qegħdin jiġġieldu biex jirbħu lura Raqqa mingħand l-Istat Iżlamiku, iżda jopponu wkoll lill-Gvern Sirjan.

Skont il-Pentagon, il-jets tal-koalizzjoni ppruvaw inaffru lil dawn il-militanti, u anki għamlu kuntatt mar-Russja; l-alleat tas-Sirja, f’tentattiv biex is-sitwazzjoni tkun ikkalmata. Qal, iżda, li ftit sigħat wara l-SU-22 xeħet il-bombi fuq il-pożizzjonijiet tal-SDF, u hemm twaqqa’ immedjatament.

Il-gvern Sirjan ikkundanna dan l-attakk u wissa li se jkollu riperkussjonijiet perikolużi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara ta’ 23 sena qed tkun akkużata bi qtil wara li tifel ta’ sena u nofs waqa’ għal isfel minn tieqa fi blokka appartamenti (ritratt). Il-każ seħħ nhar is-Sibt li…

Barranin

L-awtoritajiet Katalani qalu li mhux se jobdu l-ordnijiet tal-gvern ċentrali Spanjol f’Madrid jekk juża l-poteri leġislattivi u jinfurzhom biex jieħu l-kontroll tar-reġjun Katalan. Dan wara li l-gvern Spanjol wissa li…

Barranin

Il-Prim Minsitru Ġappuniż Shinzo Abe wiegħed li jieħu miżuri fil-konfront tal-Korea ta’ Fuq wara li rebaħ l-elezzjoni tal-Ħadd b’maġġoranza kbira. Abe sejjaħ elezzjoni bikrija biex jikseb appoġġ akbar, ħalli jindirizza…

Barranin

F’Nuneaton l-Ingilterra, raġel armat b’senter daħal fi stabbilment tal-bowling mimli nies, fosthom tfal, u żamm ostaġġi żewġ membri tal-istaff tal-istabbilment. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar. Allegatament ir-raġel daħal…

Aktar