Ippjanar u bini
Jitwaqqaf forum konsultattiv għall-ippjanar intelliġenti

Il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ħabbar it-tnedija ta’ Forum Konsultattiv għall-Ippjanar Intelliġenti, li ltaqa’ għall-ewwel darba lbieraħ u għandu jlesti l-ewwel biċċa xogħol sa tliet xhur oħra.

Il-forum qed jiġbor numru ta’ stakeholders fl-oqsma tal-iżvilupp, tal-ippjanar u tal-ambjent. L-għan aħħari se jkun li joħroġ bi proposti għaż-żmien li ġej u oħrajn fit-tul f’oqsma li jeħtieġu attenzjoni immedjata b’rispett lejn il-kunċett ta’ pjanar intelliġenti f’pajjiżna.

Il-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia qal li s-settur tal-kostruzzjoni hu wieħed kruċjali għall-iżvilupp tal-ekonomija ta’ pajjiżna, fejn dan joħloq il-ġid u jimpjega eluf ta’ nies. Saħaq madanakollu li dan xorta waħda ma jistax jitħalla jopera mingħajr limiti.

“L-Ippjanar Intelliġenti hu ċ-ċavetta għas-sostenibbiltà – u l-kwalità – tal-ekonomija tagħna. Wasal iż-żmien li nibdew niġġeneraw aktar xogħlijiet u aktar ġid permezz ta’ metodi intelliġenti ta’ pjanar,” qal il-Ministru Farrugia.

Qal li dan it-tibdil inħass ukoll il-bżonn tiegħu fid-dawl tal-ekonomija li se tinbidel wara l-pandemija tal-Covid-19.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar