Turiżmu
Jitwaqqaf l-istitut globali għal turiżmu iktar nadif

Il-Ministru tat-Turizmu Konrad Mizzi qal li Malta tista’ tkun pijuniera f’inizjattivi biex iġġib trasformazzjoni fl-ivvjaġġjar biex dan ma jibqax jikkontribwixxi għat-tibdil fil-klima minħabba t-tniġġis li jiġġenera fosthom mill-ajruplani. Dr Mizzi qal dan waqt li tħabbar li ser jitwaqqaf f’Malta ċentru globali bi ftehim bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-programm SunX li jippromwovi inizjattivi ambjentali biex jitnaqqas l-impatt tat-tibdil fil-klima.

Twaqqaf ċentru globali għal vjaġġar iktar nadif għall-ambjent bil-għan li jiġu varati azzjonijiet u opportnitajiet biex l-industrija tal-ivjaġġar tindirizza l-kriżi ambjentali tal-bidla fil-klima. Iċ-ċentru twaqqaf f’Malta b’inizjattiva tal-Professur Geoffrey Lipman, ko fundatur tal-programm Sun X bbażat fil-Belġju li jimbotta biex jintlaħaq il-miri tat-trattat ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima fis-settur fost oħrajn tal-ivvjaġġar.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li dan iċ-ċentru globali qed jitwaqqaf bi sħab bejn il-Gvern permezz tal-Awtorità tat-Turizmu u l-programm SunX. Il-Ministru Mizzi qal li Malta se tkun pijuniera fl-azzjoni globali b’azzjonijiet u miżuri biex l-ivvjaġġar ma jagħmilx ħsara għall-ambjent. Qal li b’dan iċ-ċentru Malta ser issegwi d-deċiżjoni li ħadet l-Unjoni Ewropea li kwart tal-budget tagħha se jmur għal inizjattivi f’din l-aġenda.

“Aħna ħassejna li Malta għandha tkun minn tal-ewwel fuq dan il-front, u se jkollna rappreżentanti mill-Ewropea u n-Nazzjonijiet Magħquda biex jingħaqdu magħna f’din l-inizjattiva.”

Il-Professur Lipman qal li d-dinja diġà qiegħda fi kriżi ambjentali minħabba l-bidla fil-klima. Semma l-effetti varji tat-tibdil fil-klima fosthom il-kriżi tar-refuġjati. Qal li fl-aħħar għaxar snin kien hemm mal-għoxrin miljun persuna li sfaw refuġjati minħabba diżastri naturali kkawżati mit-tibdil fil-klima.

Il-ko fundatur tal-programm Sun X qal li ċ-ċentru globali f’Malta se jagħmel proposti konkreti lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda u se jorganizza summit annwali f’Malta bl-aqwa esperti fil-qasam.

“Malta has always played a role bigger than itself in climate change, it’s a small island state and understands the problems of rising sea levels, when you have things built around the coast.”

Il-Professur Lipman qal li se ssir ħidma wkoll biex l-aġenda ta’ żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Magħquda tilħaq ukoll it-tfal li għandhom ikunu mgħarrfa bil-perikli li se taffaċċja d-dinja jekk ma titteħidx azzjoni mmedjata.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Erbatax-il kwadru fil-Knisja tal-Mosta ġew restawrati b’investiment ta’ tmenin elf ewro. Erba’ kwadri huma tal-artista tas-seklu sbatax, Stefano Erardi u parti kbira mill-għaxra l-oħra huma ta’ Giuseppe Calì, meqjus bħala…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat wiegħed lealtà sħiħa u spazju lis-suċċessur tiegħu u qal li hu se jibqa’ baħri flok kaptan. Dr Muscat li tkellem fi tliet…

Milied

Aktar ma joqrob il-Milied, aktar jirrankaw l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-għaqdiet tal-karità . . . fosthom il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, li hija l-benefiċċarja tal-attività Santa Swim, li issa…

Aktar