Toroq
Jitwaqqfu 83 vettura qed jiksru l-liġi fi Triq il-Kosta

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq.

Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn instabu li 79 minnhom qbażu l-limitu tal-veloċità. Twaqqfu wkoll żewġ vetturi li kellhom il-passiġġieri, fosthom tfal, mhux marbuta biċ-ċintorin tas-sigurtà. Żewġ vetturi oħra twaqqfu billi nqabdu fit-triq mingħajr pjanċi.

Fost il-vetturi li qabżu l-limitu tal-veloċità, kien hemm vettura minnhom li laħqet il-121km/hr f’żona li ma jistax jinqabeż il-limitu ta’ 70km/hr.

Din l-operazzjoni ta’ rinfurzar saret fil-ġimgħa Ewropea ddedikata għas-sigurtà fit-toroq.