Avjazzjoni
Jitwaqqfu t-titjiriet tal-Air Malta lejn Brussell u Vjenna

It-titjiriet tal-Air Malta lejn Brussell u Vjenna twaqqfu fid-dawl tal-imxija tal-coronavirus.

Fi stqarrija, il-linja tal-ajru qalet li minħabba restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar impost minn diversi pajjiżi Ewropej kellhom jitwaqqfu dawn it-titjiriet.

L-Air Malta se tkun qed topera titjiriet lejn l-ajruporti ta’ Londra – Heathrow, Frankfurt u Amsterdam li qed jipprovdu lill-pajjiż b’merċa u tagħmir mediku fost oħrajn filwaqt li qed toffri servizz biex il-Maltin maqbudin barra jinġiebu lura Malta.

Dan is-servizz se jkompli fil-ġimgħat li ġejjin iżda tibdiliet fl-iskedi jista’ jkunu mistennija hekk kif is-sitwazzjoni f’kull pajjiż qed tinbidel minn ħin għal ħin.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

Barranin

Ajruplan li kien fi triqtu lejn il-Ġappun bi provvisti mediċi ġġarraf fl-ajruport ta’ Manila, fil-Filippini fejn mietu 8 persuni li kienu abbord. Il-gvern Filippin kien se jibgħat għadd ta’ provvisti…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Lokali

Il-vjolenza domestika – pjaga moħbija tas-soċjetà li fi kriżi bħal din taf tgħolli aktar rasha. F’diversi pajjiżi fejn sar lockdown diġà rrappurtaw żieda fl-inċidenza tal-każi tal-vjolenza domestika. Il-kummissarju dwar il-vjolenza…

Aktar