COVID-19
Jitwaqqfu ż-żjarat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u f’ċentri ta’ detenzjoni

Il-Gvern ħabbar li, mil-lum, il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mhux se tkun qed taċċetta viżitaturi, bħala prekawzjoni biex il-virus COVID-19 ma jinfirix f’dan l-ispazju magħluq b’konċentrazzjoni ta’ mijiet ta’ persuni.

Intqal li wara passi ta’ prekawzjoni li ttieħdu fl-aħħar jiem, din il-miżura ddaħħal fis-seħħ l-ewwel fażi ta’ pjan li fasslet il-faċilità fl-aħħar ġimgħat quddiem l-isfida tat-tixrid tal-COVID-19.

It-tmexxija tal-faċilità se tkun qed tevita wkoll movimenti mhux meħtieġa jew urġenti lejn u mill-faċilità.

Intqal li miżuri simili qed jittieħdu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni fejn jinżammu l-immigranti.

Din id-deċiżjoni se terġa’ tkun riveduta fi żmien ġimgħa.