Barranin
Tinħeles l-Indoneżjana akkużata bil-qtil ta’ ħu l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq

L-Indoneżjana akkużata bil-qtil ta’ Kim Jon-nam, ħu l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un, inħelset wara li twaqqgħu l-akkużi kontriha.

Siti Aisya kienet akkużata li ġiegħlet lil Kim ixomm kimika velenuża waqt li kienu fl-ajruport ta’ Kuala Lumpur fl-2017. Kieku nstabet ħatja, Aisya setgħet intgħatat is-sentenza kapitali.

Aisya, flimkien m’akkużata oħra Vjetnamiża, Doan Thu Huong, ċaħdu l-qtil u qalu li ħasbu li kienu partu minn ċajta televiżiva.

Il-prosekutur għamel talba biex l-akkużi jitwaqqgħu, mingħajr ma ngħatat l-ebda raġuni.

Madanakollu, f’ittra tal-Avukat Ġenerali tal-Malasja, fejn kien se jibda l-ġuri kontra Aisya, intqal li d-deċiżjoni kienet qed tikkunsidra r-relazzjonijiet tajba bejn l-Indoneżja u l-Malasja.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar