Barranin
Jitwieldu tewmin identiċi minn sperma differenti

Tobba raw każ rari li skonthom huwa t-tieni wieħed li jafu bih. Dan wara li ltaqgħu ma’ semi tewmin.

Tifel u tifla ta’ 4 snin minn Brisbane fl-Awstralja huma tewmin identiċi min-naħa t’ommhom iżda fraterni min-naħa tal-missier għax inħolqu minn sperma differenti. Għaldaqstant it-tfal huma xi mkien bejn fraterni u identiċi.

Skont l-esperti dan huwa każ rari għax ġeneralment f’każijiet hekk it-trabi jmutu.

Professur Nicholas Fisk, li mexxa t-tim li ħa ħsieb lill-omm u lit-tewmin meta twieldu, qal li skoprew dan waqt scan li jsir matul it-tqala.

Dan kien l-ewwel darba li twemin semi-identiċi ġew identifikati waqt it-tqala. Fl-ewwel sitt ġimgħat it-tewmin dehru li se jkunu identiċi iżda mal-14-il ġimgħa l-ultrasound wera li huma tifel u tifla, li hija ħaġa impossibbli għal tewmin identiċi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għalkemm il-qamar mhux sors dirett ta’ dawl għaliex jirrifletti d-dawl tax-xemx, il-qamar kwinta fil-15 ta’ Awwissu, dawwal il-kastell famuż Grieg Koroni. Kif tela, l-qamar mhux biss xegħel il-baħar ta’ taħtu…

Barranin

Il-kunsill militari tas-Sudan u l-alleanza ċivili fl-Oppożizzjoni ffirmaw ftehim li bih se jinqasam il-poter. Il-ftehim se jara t-twaqqif ta’ kunsill ġdid biex jigverna li jkun jinkludi kemm membri pajzana u…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong niżlet fit-toroq ewlenin tad-distrett Mong Kok biex iżomm lid-dimostranti li nġabru barra l-għassa tal-pulizija. Wara li skalat il-vjolenza fl-aħħar jiem, id-dimostrazzjonijiet ta’ tmiem din il-ġimgħa huma kruċjali…

Immigrazzjoni

Il-fundatur u direttur tal-vapur tal-għaqda mhux governattiva Spanjola Open Arms li jinsab wieqaf ‘il barra mill-kosta tal-Italja qal li ma jistax jigarantixxi aktar is-sigurtà tal-134 immigrant abbord wara li l-vapur…

Aktar