Brexit
Jivvotaw biex Brexit iseħħ fit-30 ta’ Ġunju

Brexit ikompli jsir iktar kumplikat wara li l-House of Commons illejla vvutat biex ir-Renju Unit jieħu estensjoni, u joħroġ mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Ġunju minflok fid-29 ta’ dan ix-xahar. Id-Deputati Parlamentari Ingliżi vvutaw ukoll kontra referendum ieħor.

Tkompli s-saga dwar il-Brexit fil-House of Commons bid-Deputati Parlamentari jivvutaw favur l-estensjoni tad-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kif ukoll kontra t-tieni referendum.

Bil-vot tal-lum id-data ta’ Brexit ġiet estiża mid-29 ta’ Marzu għat-30 ta’ Ġunju. Sa dakinhar il-Gvern Ingliż irid jirrevedi l-ftehim mal-Unjoni Ewropea li mbagħad irid jigi approvat mill-House of Commons.

Biex din l-estensjoni sseħħ, irid ikun hemm l-approvazzjoni tal-mexxejja Ewropej li ser jiltaqgħu l-ġimgħa d-dieħla fi Brussell.

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qal fi tweet li jekk il-Parlament Ingliż jivvota favur estensjoni, huwa ser jipproponi lill-mexxejja Ewropej biex din tkun estensjoni fit-tul.

Vot ieħor fil-House of Commons għal referendum ieħor ma għaddiex b’334 kontra u 85 vot favur.

B’sorpriża kemm il-kampanja favur it-tieni referendum u l-Partit Laburista Ingliż, li wkoll kien tkellem favur referendum, qalu li fiċ-ċirkustanzi estensjoni hija aħjar minn referendum ġdod.

Keir Starmer mill-Partit Laburista Ingliż qal “the honorable member would know that there are many people in and out of this place absolutely supportive of a people’s vote, vehemently disagree with this amendment being tabled and voted on today.”

Mhux tal-istess fehma l-Membru Parlamentari Skoċċiż, Ian Blackford. “This house has the first opportunity it has had, perhaps the only opportunity, to say on the basis of what we know, to say on the basis of what we has changed from the referendum in 2016, that the people of the United Kingdom deserve to have a people’s vote, that we all reflect on the reality that there is no such thing is a good Brexit, that we know that there are people who are going to loose their jobs.”

Id-dibattitu tal-aħħar tliet ijiem fil-House of Commons kompla fetaħ beraħ l-inċertezza dwar Brexit li issa konfermata li se tkompli għax-xhur li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Barranin

Fil-Polonja fetħu l-postijiet tal-votazzjoni fejn il-Pollakki mistennija jagħtu mandat ieħor lill-partit tal-Ġustizzja u Liġi Nazzjonali, PiS, li potenzjalment se jkompli jkabbar l-iżolament tal-pajjiż għax tkompli tikber it-tensjoni mal-Unjoni Ewropea minħabba…

Aktar