Barranin
Jixegħlu siġar tal-Milied biż-żejt tat-tisjir

Park fil-kapitali Ġappuniża Tokyo nbidel f’xena maġika hekk kif aktar minn 420 elf bozza xegħlu s-siġar tul l-park li fih aktar minn 2 kilometri tul.

Il-bozoz, li qed jirrapreżentaw il-fjuri roża li jimlew is-sigar fir-rebbiegħa, jinxtgħelu b’żejt tat-tisjir li jinġabar minn ristoranti u mingħand residenti tal-lokal.

Il-proġett imsejjaħ “illuminazzjoni għal kulħadd” beda seba’ snin ilu meta l-Ġappun kellu qtugħ fil-provista tal-elettriku kawża tad-diżastru fl-impjant nukleari ta’ Fukushima.

L-għan wara dan il-proġett hu biex ikun pruvat li l-elettriku jistà jiġi iġġenerat b’mezzi alternattivi.

Kull sena madwar 5,400 litru ta’ żejt tat-tisjir użat jinġabar minn ristoranti u residenzi .

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’ittra ppubblikata mill-White House, tħabbar li l-President Amerikan Donald Trump ħassar is-summit storiku tax-xahar id-dieħel mal-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong-un f’Singapore. Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Mike Pompeo qara l-ittra f’laqgħa…

Barranin

Id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq qalet li l-futur tas-summit bejn pajjiżha u l-Istati Uniti jiddependi totalment mill-Istati Uniti filwaqt li kkundannat intervista li ta l-viċi President Amerikan Mike…

Aktar