X

Għajjat bla rażan bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni – l-Avukati Mercieca u Caruana Curran immultati

Story Published

Dalgħodu  tkompli tinstema’ l-kumpliazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech li jinsab akkużat li kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

17:00 Jidher li teżisti diskrepanza bejn ir-rekordings li għaddew għand il-parte civile, dawk li għaddew għand id-difiża u l-prosekuzzjoni. Il-prosekuzzjoni qed targumenta li dan mhux aċċettabbli. Il-Maġistrat ordnat li l-hard-drive tiġi estratta u tinżamm f’post sigur il-Qorti.

Il-prosekuzzjoni qed titlob li jissejħu l-espert tal-Qorti biex iwieġeb dwar dan. Fil-hard drive tal-Qorti kien hemm xi recordings li huma corrupted.

16:30 Minħabba diffikultà teknika l-Qorti ordnat sabiex l-istess espert jerġa’ jagħmel estrazzjoni ta’ dejta kollha mill-hard drive sabiex tiġi esebita fl-atti tal-kawża.

Madanakollu dwar ir-recording li bdiet tagħmel referenza lejhom id-difiża se jinstemgħu minn fuq hard drive separata tat-traskrittriċi.

Lawrence Cutajar mhux se jkun qed jixhed illum minħabba limitazzjoni ta’ ħin.

15:57 30 minuta wara r-recording għadu na nstemgħax għaliex hemm diffikultà fis-sistema. Id-difiża ma tistax issibu bis-seduta tinstab sospiża.

15:28 Il-Maġistrat ordnat li kull persuna fl-awla titfi kull recording device inkluż mowbajl waqt li jinstemgħu r rekordings.

15:21 Il-Qorti tat permezz li jinstema recording wieħed.

15:07 Wara battalja verbali bejn iż-żewġ partijiet, il-Qorti tat il-permess biex jinstemgħu dawn ir-recordings li għandu jiġi nnotat li qatt ma nstemgħu fl-awla iżda li huma parti mill-istess recordings li nstemgħu f’proċeduri passati. Iżda mill-ġdid il-prosekuzzjoni qiegħda targumenta dwar l-urġenza li biha l-prosekuzzjoni ssemma’ dawn il-partijiet mir-recordings.

Id-difiża qed tgħid li dawn ir-recordings se jikkontradixxu dak li xehed bil-ġurament Melvin Theuma.

Madanakollu l-Maġistrat talbet lid-difiża tkun speċifika, huma qalu li rekordings se jikkontradixxu l-ħlas Theuma ċaħad ghaddha lil Kummissarju tal-pulizija u wkoll dwar relazzjonijiet li għandu.

14:51 Wara li qam kjass sħiħ bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni b’għajjat bla rażan, il-Maġistrat Rachel Montebello ssospendiet is-seduta u dlonk ikkundannat lill-Avukat Charles Mercieca u Gianluca Caruana Curran multa ta’ €50.

14:44 Kompla jixhed li kien jaf id-data meta jsir l-arrest u tant kemm ma kienx għadu jimpurtah li lanqas ikoppa dwar l-arrest.

Mistoqsi jekk Edwin il-Ġojja ħallasx €30,000 lill-Kummissarju tal-Pulizija biex tkun irranġata l-proklama, Theuma ċaħad. Kif fil-pront wieġeb dwar dan, id-difiża informat lill-qorti li se tkun qed tistaqsi lix-xhud dwar recordings li ma nstemgħux f’seduti separati għaliex il-prosekuzzjoni ma daqqitx dawn il-partijiet.

14:34 Mistoqsi x’qallu l-Ġojja meta għarfu li kien imdaħħal fil-każ, Theuma qal li għamel għalih għax daħal f’din il-basla.

Ix-xhud qed jiġi mistoqsi dwar ir-recordings ammetta li żeffen fin-nofs nies li ma kellhomx x jaqsmu fosthom il-kummissarju tal-pulizija u Keith Schembri.

Id-difiża qed tistaqsi x’inhu veru u x’inhu falz fil-famużi recordings. Ċaħad li qatt tkellem ma’ Kenneth Camilleri biex jgħinu għall-proklama jew li biż-żjara tiegħu f’Kastilja tkellem ma’ Keith Schembri dwar l-għotja tal-proklama.

14:18 Tela’ fuq il-pedana tax-xhieda Melvin Theuma li fil-pront ġie mistoqsi kif sar il-proċess tal-proklama u jekk talabx huwa stess għaliha.

Xehed li l-ħsieb tal-proklama ġie waqt diskussjoni mal-avukat tiegħu . Qal li ħadd qatt ma tah ħjiel li jieħu proklama iżda stqarr li ġieli ddiskuta dan mal-Ġojja u Johann Cremona.

13:20 Mistoqsi għalfejn ħass li t-talba għal proklama minn għand Vince Muscat il-Koħħu kellha tkun diskussa fil-preżenza ta’ Keith Schembri, is-Sur Arnaud qal din kienet l-ewwel esperjenza tiegħu f’proċedura ta’ proklama u li naturalment it-talba għal proklama tal-Koħħu kienet relevanti.

Fuq it-talba għal prokoma ta’ Theuma, ix-xhud xehed li ma jafx jekk din ġietx diskussa f’laqgħa f’Kastilja.

Id-difiża staqsit li jekk setax għaddew xi flus biex Melvin jingħata lproklama. L-Ispettur Arnaud xehed li l-pulizija kienu staqsew lil Theuma dwar dan u li huwa ċaħad.

Il-kontro eżami tax-xhud ċie sospiż. Issa jmiss li jixhed Melvin Theuma.

12:49 Il-kontro eżami tas-Sur Arnaud għadu għaddej bid-difiża issa tistaqsi dwar Melvin Theuma. Ix-xhud qal li ltaqa’ miegħu diversi drabi fosthom din il-ġimgħa qal li kull laqgħa kienet issir permezz tal-avukat tal-intermedjarju.

Xehed li fi tliet lokalitajiet differenti nstabu €600,000 fi flus kontanti. Qal li gew elevati erba’ mowbajls u laptop.

12:32 Il-linja ta’ mistoqsijiet tad-difiża reġgħet daret fuq ir-recordings. Is-Sur Arnaud qal li nstabu aktar rekordings wara li Melvin Theuma stqarr li kellu l-impressjoni li kien hemm iktar recordings minn dawk li semgħa fil-Qrati. Qal li b’hekk saru tfittxijiet oħra u ġew elevati recordings oħra.

Lura għal Edwin il-Ġojja, is-Sur Arnaud kkonferma li l-pulizija ħadet it-tgħamir elettroniku kollu tiegħu inkluż il-mowbajl u li issa qegħdin għand il Europol.

12:26 Qal li b’kollox ġabru 10TB ta’ dejta li qed tiġi eżaminata minn tim ta’ 12-il persuna li tinkludi s-servizzi tas-sigurtà fost oħrajn.

Mistoqsi jekk ħadux il mowbajl tas-Sur Cremona, l-Ispettur qal li dan ma kienx elevat.

Dwar Kenneth Camilleri s-Sur Arnaud qal li l-aħħar darba li tkellem miegħu kienet qabel kien imissu jixhed.

Mistoqsi dwar it-tabib Adrian Vella l-Ispettur qal li dan ġie mitkellem taħt arrest f’Diċembru li għadda. Qal li l-allegat azzjoni tat-tabib għadha qed tiġi investigata. Żied li mowbajl tat-tabib Vella qatt ma ġie elevat.

Fl-istess kontro eżami s-Sur Arnaud xehed li bagħat għal Ġojja ġranet qabel Edwin Brincat kien mistenni jixhed.

11:58 Mistoqsi dwar il-mowbajl mitluf ta’ Keith Schembri l-Ispettur Arnaud xehed li sar jaf li l-mowbajl intilef waqt tfittxija fid-dar tiegħu.

Mistoqsi jekk ippruvax jagħmel reconstruction tal-mowbajl biex jaraw x’telefonati saru, l-Ispettur ikkonferma li l-Vodafone tat rapport tal-movimenti tal-mowbajl.

Id-difiża issa qed tistaqsi dwar Johann Cremona. Is-Sur Arnaud qal li bagħat għalih għal investigazzjonijiet minn tal-anqas 5 darbiet fosthom qabel xehed ix-xahar li għadda. Xehed li s-Sur Cremona semgħa recordings qabel ta x-xhieda tiegħu fil-Qorti.

Is-Sur Arnaud qal li dawn ir-recordings attwalment mhumiex quddiem il-Qorti għaliex ġew elevati minn tgħamir ieħor li nstab fi tfittxijiet għand qraba ta’ Yorgen Fenech.

11:48 Ix-xhud ikkonferma li l-investigazzjoni dwar din il-laqgħa għadha għaddejja. Qal li jekk hux sejjer żbaljat il-Kummissarju kien qal mat-tim investigattiv li ltaqa’ darba biss mal-Ġojja.

Ċaħad li kellu ordni biex jinvestiga s-sur Cutajar u qal li l-investigazzjoni għaddejja mill-kollegi tiegħu.

Mistoqsi dwar l-ewwel darba li ltaqa’ ma’ Melvin Theuma Arnaud xehed li ltaqa’ miegħu ftit mumenti wara l-arrest f’Novembru 2019.

Mistoqsi għal kemm il-darba bagħat għal Keith Schembri, is-Sur Arnaud qal li dan ġie arrestat fit-26 ta’ Novembru 2019. Qal li wara li ngħata l-police bail ma reġax bagħat għalih. Mistoqsi dwar min għamel din l-interogazzjoni l-Ispettur qal li l-mistoqsijiet saru minnu u l-Ispettur Kurt Zahra.

11:28 Wara dik il-pawża fix-xhieda fil-pubblika, l-Ispettur Keith Arnaud kompla jixhed fil-miftuħ. Fil-kontro eżami d-difiża staqsit li xhud għar-reazzjoni tat-tim investigativ meta kellhom ħjiel li l-eks Kummissarju tal-Pulizija Cutajar ltaqa’ mal-Ġojja. Qal li dan il-ħjiel kien ikkonfermat f’laqgħa aktar tard li fiha kien hemm preżenti l-Kummissarju tal-Pulizija quddiem il-Maġistrat inkwirenti f’laqgħat regolari li kienu jsiru f’Mejju jew Ġunju 2019.

11:00 Id-difiża permezz tal-Avukat Charles Mercieca argumentat li l-prosekuzzjoni kellha tipprovdi kopja tal-proklama li ngħatat lil Melvin Theuma. Dr Mercieca argumenta li f’każijiet passati meta ngħatat il-proklama din dejjem ġiet preżentata quddiem il-Qorti.

L-Avukat Ġenerali min-naħa tiegħu argumenta li ma kien hemm l-ebda ordni tal-Qorti biex il-proklama tiġi ppreżentata. Żied li l-proklama ma jistax jitqies bħala dokument ta’ prova  u għalhekk m’għandux jinġabar mill-Qorti aktar u aktar fid-dawl li s-Sur Theuma se jkun qed jixhed dwar minn tal-anqas 5 każijiet oħra li mhumiex relatati ma’ dan id-delitt.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello qalet li llum stess għandha tisma’ x-xhieda bil-magħluq tal-Ispettur Keith Arnaud fir-rigward tal-kontenut tal-proklama mitlub mid-difiża u wara tieħu deċiżjoni dwar it-talba.
10:48 Fil-bidu tas-seduta, il-Maġistrat Rachel Montebello ħarġet ordni biex iż-żewġ xhieda tal-lum, l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u l-intermedjarju fid-delitt, Melvin Theuma biex waqt li tkun għadejja x-xhieda fil-qrati ma jużawx il-mowbajl biex jiċċekjaw x’qed jiġi rraportat b’mod dirett.
Related Post