Kurżitajiet
Jixrob flixkun inbid ta’ €5,000 wara li l-waiter ħareġ wieħed b’ieħor

Klijent li kien qed jiekol f’restorant f’Manchester kien fortunat biżżejjed biex mal-ikla ngħata flixkun inbid aħmar bi żball li kien ħafna ifjen minn dak li ordna.

Fuq il-media soċjal ta’ Hawksmoor Manchester intqal li l-klijent ħa pjaċir bis-serata li qatta fir-restorant wara li ngħata flixkun Chateau le Pin Pomerol tal-2001 li jiswa £4,500 (ekwivalenti għal €5,150).

Kien żball ta’ impjegat tar-restorant li serva dan l-inbid u minflok pattieha qares, sid ir-restorant ikkummenta li dan kien żball ta’ darba u xorta waħda jħobb lil dan l-impjegat.

Malli deher dan il-messaġġ fuq il-media soċjali, kien hemm bosta li kkummentaw, fosthom kliem ta’ tifħir għar-restorant u l-mod kif indirizza din is-sitwazzjoni.

Skont gwida tal-inbejjed online jirriżulta li t-tip ta’ inbid li sserva lill-klijent bi żball fid-dinja hawn biss 500 kaxxa bħalu.  Mhux magħruf kemm il-klijent ħallas għall-inbid li xorob waqt l-ikla.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-possibiltà ta’ ftehim emendat dwar Brexit jiddependi fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, iżda tenna li r-Renju Unit għandu jkun imħejji li jitlaq sal-31 ta’…

Barranin

Ħames persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan żgħir u ħelikopter ħabtu u ġġarrfu fi Spanja. It-traġedja seħħet fuq il-gżira Mallorca għall-ħabta tas-1.35 ta’ waranofsinhar. Qed ikun irrappurtat li fil-ħelikopter kien…

Barranin

Frank u Carmen Sant, Maltin li jgħixu l-Awstralja, tilfu ħajjithom matul il-lejl li għadda wara li kienu involuti f’inċident f’Sydney. Il-każ kien irrappurtat mill-midja Awstraljana u anki minn dik Ingliża,…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ biex iwaqqfu protesti kontra l-gvern f’subborg industrijali wara li l-attivisti waddbu bombi tal-petrol u bricks. Dan seħħ hekk kif ċ-Ċina ħelset ħaddiem tal-konsulat tar-Renju…

Aktar