Tfal
Jixtiequ li ssir kampanja effettiva kontra l-bullying u l-esklużjoni soċjali

It-tfal membri f’kunsill tal-fondazzjoni għall-ġid tas-soċjetà jixtiequ li ssir kampanja effettiva kontra l-bullying u kontra l-esklużjoni soċjali. Dawn kienu wħud mill-proposti li ressqu waqt diskussjoni fil-Parlament li għaliha attenda l-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca u ħames membri parlamentari Ewropej.

Fuq inizjattiva tal-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, tfal fi ħdan il-kunsill tat-tfal u żgħażagħ fil-fondazzjoni għall-ġid tas-soċjetà, kienu entużjasti f’laqgħa fejn ingħataw iċ-ċans iressqu proposti konkreti biex jagħmlu d-differenza fid-dinja tat-tfal u ż-żgħażagħ f’Malta, l-iktar f’aspetti fejn it-tfal jispiċċaw isofru bħall-bullying u l-esklużjoni soċjali.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-Parlament għandu jkun spazju għat-tfal u l-bqija tal-poplu biex jesrpimi ruħu u li għalhekk apprezza din l-inizjattiva biex it-tfal jersqu ‘l quddiem bi proposti u suġġerimenti għall-ġid tas-soċjetà. Dr Farrugia qal li s-soċjetà għandha bżonn iktar kampanji biex kulħadd jiġi rispettat, bil-ġid jitqassam ugwalment għand kulħadd fejn l-indifferenza ma tiġix aċċettata.

Il-President emeritus Marie-Louise Coleiro Preca qalet li l-Parlament huwa dar il-Maltin u apprezzat li din qed tagħti spazju wkoll lit-tfal li fi ħdan il-kunsill qed jaħdmu bis-sħiħ biex jagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-oħrajn.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar