Lokali
Jiżdied b’14,700 tunnellata l-iskart muniċipali

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li s-sena li għaddiet kompla jiżdied l-iskart muniċipali u żdied ukoll l-iskart li qed ikun trattat.

Iċ-ċifri juru li l-iskart muniċipali s-sena l-oħra laħaq aktar minn 310,000 tunnellata u żdied b’aktar minn 14,700 tunnellata fuq is-sena ta’ qabel. L-NSO qal li din iż-żieda ta’ 5% fl-iskart muniċipali kienet l-aktar mill-iskart goff (5,189 tunnellata) u mill-iskart organiku mill-kċejjen tad-djar u tar-restoranti (4,375 tunnellati). Kien hemm ukoll żieda ta’ skart tal-ippakkeġġjar (2,668 tunnellati).

Iċ-ċifri juru li mindu f’Ottubru tas-sena l-oħra beda jinġabar separatament l-iskart organiku dan żdied bi kważi 142% fuq l-2017 li żdied b’aktar minn erbat elef tunnellata minnu. Fl-istess waqt l-iskart imħallat tal-borza s-sewda naqas b’aktar minn 3800 tunnellata. L-iskart li jiġi riċiklat inkluż il-ħġieġ żdied b’aktar minn erbat elef tunnellata oħra.

Mill-istatistika joħroġ li l-iskart li ġie trattat żdied bit-8.5% għal 286,750 tunnellata. Fl-istess waqt żdied bi ftit inqas minn wieħed fil-mija l-iskart li ntefa’ fil-landfill. Iċ-ċifri juru li l-iskart li ġie riċiklat is-sena l-oħra naqas b’0.7% u li l-aktar materjal li ġie riċiklat kien il-karta u l-kartun, il-metal u l-ħġieġ.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru Dr Robert Abela qal li fid-dawl tal-qasma fl-Oppożizzjoni, il-Gvern għandu responsabbiltà ikbar li jżomm l-istabbilità fil-pajjiż. F’kummenti lill-midja wara li ġiet fi tmiema konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru qal…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa, ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat f’ħidma oħra kontra t-traffikar tad-droga. Wara diversi jiem t’osservazzjoni, l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga interċettataw vettura f’Ħaż-Żabbar li kienet qiegħda tinstaq…

Lokali

Il-Ministru għall-Ambjent, Aaron Farrugia qal li l-politiku sikwit jiġi kkritikat li jaħseb biss f’ċikli elettorali ta’ ħames snin jew ftit iktar iżda fil-qasam tal-ambjent, l-iżvilupp u l-ippjanar, il-Gvern issa qed…

Politika

F’kummenti lill-midja, il-Prim Ministru Robert Abela ma eskludiex li jkun hemm tibdil fil-kariga tal-Avukat Ġenerali. Madankollu, iċċara li dan mhux minħabba l-allegazzjonijiet li ntqalu fil-Qorti dwar struzzjonijiet biex il-Pulizija tieħu…

Aktar