Lokali
Jiżdied b’4% l-konsum tal-elettriku u jonqsu l-emissjonijiet b’35%

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku min sorsi ta’ enerġija nadifa prinċiplament mill-panelli tax-xemx laħqet 5.6% tad-domanda għall-elettriku.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru wkoll li kważi 68% tal-elettriku s-sena li għaddiet kien impurtat permezz tal-interconnector ma’ Sqallija. Dan wassal għal tnaqqis ta’ kważi 35% fl-emissjonijiet.

Iċ-ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru ukoll li fl-2016, id-domanda għall-enerġija żdiedet b’0.4%. Madankollu d-domanda għall-elettriku għadha ma laħqitx l-ogħla livell li kien hemm fl-2007 u fl-2008.

Miċ-ċifri tal-Enemalta joħroġ ukoll li l-ogħla konsum tal-elettriku jkun fix-xhur bejn Lulju u Settembru.