Xogħol
Jiżdied il-ħlas għal kull siegħa xogħol f’Malta

Skont il-Eurostat, il-ħlas għal kull siegħa xogħol f’Malta, fit-tielet kwart tas-sena żdied bi ftit inqas mill-medja tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċifri tal-Eurostat juru li bejn Lulju u Settembru l-aktar żidiet fil-ħlas għax-xogħol kienu reġistrati fir-Rumanija u l-Bulgarija fejn żdiedu bi 13.2% u 10% rispettivament. Mill-banda, l-aktar żidiet baxxi fil-pagi kienu fil-Lussemburgu u fil-Fillandja fejn iż-żidiet kienu ta’ 0.3% u 0.4% rispettivament. Iż-żieda medja fil-pagi fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ 3.1% u f’Malta kienet ta’ 2.7%.

Statistika oħra tal-Eurostat turi li bejn Lulju u Settembru li għadda, Malta kklassifikat mal-ewwel seba’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bl-ogħla domanda għal impjiegi. Il-pajjiżi li kellhom postijiet tax-xogħol li qed ifittxu l-ħaddiema aktar minn Malta, kienu r-Repubblika Ċeka, l-Belġju, il-Ġermanja, l-Olanda, il-Latvja u l-Awstrija.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Is-Surġent Simon Schembri qal fi stqarrija li m’għandux x’jaqsam mal-uffiċjali li qed jiġu investigati b’rabta mal-allegat abbuż ta’ sahra u extra duties. Fi stqarrija fuq il-paġna Simon Schembri Blue Light…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermaw ma’ TVM li dalgħodu ddaħħlu 106 immigrant fXatt it-Tiben bil-P52. Mistoqsija hux mistennija aktar immigranti, l-AFM wieġbet li mhemm xejn ikkonfermat għalissa.

Lokali

Wara l-ħsara teknika fil-Freephone 153 sa minn kmieni lbieraħ filgħodu, matul dawn l-aħħar sigħat is-service provider għamel it-testijiet meħtieġa. Fi stqarrija ntqal li jidher li l-problema li kien hemm ġiet…

Kronaka

Mara ta’ 69 sena qed issofri ġrieħi gravi wara li seħħe splużjoni fir-residenza tagħha fis-Swieqi. L-inċident seħħ ilbieraħ fit-8:15 fi Triq is-Siegħ. Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija…

Aktar