Statistika
Jiżdied il-qgħad f’April

Ċifri għat-tieni xahar sħiħ tal-pandemija f’Malta juru li l-qgħad kompla jiżdied. Fl-aħħar ta’ April kien hemm kważi 4,000 persuna jirreġistraw għax-xogħol ma’ Jobsplus.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li mqabbel ma’ April tas-sena l-oħra l-qgħad aktar milli rdoppja, b’żieda ta’ 2,231 persuna jirreġistraw għax-xogħol.

Iż-żieda fil-qgħad kienet ukoll fuq ix-xahar ta’qabel. F’April kien hemm 1,854 persuna aktar fuq ir-reġistru tal-qgħad minn Marzu.

L-NSO qal li l-persuni ifittxu x-xoghol żdiedu fl-etajiet kollha. L-akbar żieda fir-reġistru kienet f’dawk li l-anqas ilhom ifittxu xogħol, waqt li naqsu fuq ix-xahar l-ieħor dawk li ilhom ifittxu impjieg aktar minn sena.

F’sena l-persuni b’diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol żdiedu b’35 għal 253.