Lokali
AĠĠORNAT: Il-Ministru Bartolo u l-MUT mhux jaraw għajn m’għajn

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li fil-Budget tas-sena d-dieħla n-nefqa fl-edukazzjoni żdiedet b’€35 miljun fuq is-sena li għaddiet.

Waqt li tkellem dwar il-miżuri tal-Budget fil-qasam edukattiv u l-ftehim li qed ikun negozjat mal-MUT dwar il-kundizzjonijiet tal-għalliema, il-Ministru Bartolo ċċara li l-istedina li saret lill-istudenti tal-Università biex jimlew vakanzi ta’ għalliema hija intiza għal studenti li diġà ggradwaw u qed jagħmlu kors tal-masters.

Il-Minsitru tal-Edukazzjoni Evarsit Bartolo qal li l-investiment fl-edukazzjoni s-sena d-dieħla se jiżdied €35 miljun li fost oħrajn ser jiffinanzjaw proġetti ta’ bini ta’ skejjel kif ukoll inizjattivi biex l-edukazzjoni tilħaq is-saffi kollha tal-istudenti.

Il-Ministru Bartolo semma’ l-proġett My Journey, bil-mira hi s-sistema edukattiva fis-sekondarja tadatta għall-ħiliet tal-istudent u mhux viċi versa.

“My Journey huwa vjaġġ edukattiv li titgħallem b’modi differenti, jiġifieri jekk titgħallem b’sengħa jew mod ta’ kif taħdem b’idejk, se tingħata dak ic-cans” qal Bartolo.

Is-Sur Bartolo qal li ser jitkompla x-xogħol fuq skejjel ġodda fil-Qawra, l-Imsida u fir-Rabat Għawdex u jitkompla l-proġett tat-tablets.

Il-Ministru ħabbar li mil-lum il-past papers tas-sec u l-Matsec se jitniżżlu b’xejn minn fuq is-sit tal-Università u li l-Gvern se jżomm mal-wegħda elettorali li f’sentejn dawn l-eżamijiet se jkunu wkoll bla ħlas għall-istudenti.

Huwa semma’ l-importanza li l-inkluzjoni tal-istudenti b’kundizzjonijiet varji, bħall-awtiżmu, billi titwettaq aħjar bi programmi apposta biex dawn jilħqu l-milja tagħhom fis-sistema eduakattiva.

Żied jgħid li fi żmien qasir se jintlaħaq il-ftehim mal-MUT biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għalliema li qal għandu jwassal biex iħajjar aktar studenti lejn il-professjoni tal-għalliema. Is-sur Bartolo rrikonoxxa li hemm numru żgħir ta’ għalliema u LSAs li bħalissa huma nieqsa.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-istedina tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex studenti tal-Università jiġu mħajra jidħlu jgħallmu xi suġġetti, il-Ministru Bartolo spjega li hu jemmen li dawn għandhom ikunu studenti li qed jistudjaw għall-Masters u li jkunu diġà ggradwaw.

Reazzjoni MUT:

Intant, l-MUT qalet fi stqarrija li l-Ministru Bartolo mhuwiex jara u jifhem il-problema tan-nuqqas ta’ għalliema meta qed jipprova jċekken il-problema. L-Union tal-Għalliema qalet li l-professjoni tħossha insulentata bl-email tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni li qed toffri lill-istudenti universitarji biex jgħallmu part time fl-iskejjel numru ta’ suġġetti. Dwar il-ftehim tal-għalliema, l-MUT qalet li jekk il-Ministru ma jressaqx proposti serji fosthom biex tissolva dik li sejħet bħala kriżi ta’ nuqqas ta’ għalliema, hija ma jkollhiex triq oħra għajr li tordna azzjonijiet industrijali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-eks Ministru Tonio Fenech instab ħati ta’ malafama f’kawża ta’ libell li saret kontrih mill-Avukat Martin Fenech, is-Sur Joseph Cordina u s-Sur Charles Scerri dwar allegazzjonijiet li kien għamel fil-konfront…

Lokali

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ffirmat l-att li jemenda l-liġi għall-Protezzjoni tal-Embirjuni u qalet li dan għamlitu b’lealtà biss lejn il-Kostituzzjoni u l-proċess demorkatiku. Il-liġi għaddiet jumejn ilu b’34…

Lokali

Malta tilfet il-kawża fil-Qorti Ewropea fil-Kawża tal-Kummissjoni Ewropea kontra kontra l-applikazzjoni ta’ deroga minn Malta għall-insib fuq seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana fl-istaġun tal-ħarifa. Għalkemm id-deċiżjoni mhix appellabbli, il-Gvern qal…

Lokali

Għall-Caritas kien jum ta’ ċelebrazzjoni b’għaxar persuni ddikjarati ħielsa mid-droga wara li temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas, fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ. Il-grupp li inkluda 3…

Aktar