Trasport
Jiżdiedu aktar miżuri fuq persuni li jidħlu Malta bil-katamaran

Minn din il-ġimgħa, iddaħħlet miżuri ġdida għal persuni li jivjaġġaw bil-katamaran biex iwasslu lejn il-pajjiż, servizzi essenzjali jew għal raġunijiet umanitarji.

Fil-bulettin mediku tal-lum, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar għadha fis-seħħ u l-uniċi persuni li jistgħu jidħlu fil-pajjiż minn barra huma dawk relatati ma’ servizzi essenzjali li jridu permess biex jidħlu u sitwazzjonijiet umanitarji.

Qalet li sa mill-bidu tal-imxija kienu jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni li jsir test qabel ma’ jiġu Malta u ieħor malli jaslu Malta. Kompliet tgħid li minn din il-ġimgħa dawn il-persuni bdew jinżammu wkoll fi kwarantina u jsir test ieħor wara li jgħaddi l-perjodu ta’ kwarantina.

Il-Professur Gauci qalet li dan qed isir biex l-awtoritajiet Maltin ikomplu jsaħħu l-ittestjar u fl-istess waqt jikkontrollaw is-sitwazzjoni f’dan il-mument ta’ transizzjoni li għaddej minnu l-pajjiż waqt il-pandemija Covid-19.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Wara li saru konsultazzjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, minn nhar it-Tnejn l-1 ta’ Ġunju se jerġgħu jibdew jiġu offruti numru ta’ servizzi fil-komunità mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Madanakollu diversi istruzzjonijiet…

Ekonomija u Finanzi

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li sa April, l-iżbilanċ fil-fond konsolidat kien diġà skorra s-607 miljun ewro. Fl-istess perjodu s-sena l-oħra, l-iżbilanċ tal-gvern kien ta’ 144 miljun ewro. Dan ifisser…

COVID-19

Is-Suoretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tagħti l-aħħar aġġornamenti tas-sitwazzjoni attwali tal-Covid-19 f’pajjiżna. Il-konferenza stampa se tixxandar dirett fuq TVM, tvm.com.mt, Radju Malta u l-paġna Facebook ta’ TVM.

Statistika

Stimi proviżorji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-ekonomija Maltija kompliet tikber fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena. L-NSO qal li l-Prodott Domestiku Gross bejn Jannar u Marzu żdied 59 miljun…

Aktar