Lokali
Jiżdiedu b’20% t-turisti li ġew Malta f’Jannar

Fl-ewwel xahar ta’ din is-sena l-għadd ta’ turisti li żaru Malta żdiedu b’19.9% meta mqabbel ma’ Jannar tas-sena li għaddiet.

Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, f’Jannar żaru Malta 125,000 turist (124,769), bi 15,000 (14,889) minnhom jiġu Malta għal skop ta’ negozju jew konferenzi.

It-total ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’Malta żdiedu bi 15% waqt li n-nefqa tagħhom kienet stmata li tlaħħaq €82.3 miljun, żieda ta’ 16% fuq Jannar tal-2017.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Wara d-dehra mill-isbaħ li ħadet il-funtana ta’ Tritoni bis-saħħa tar-restawr, persuni li fl-aħħar jiem ittawlu fil-funtana kienu ddiżappuntati meta nnutaw li l-qiegħ kien qed jittebba’ xi ftit. It-tebgħat jidhru donnhom…

Kultura

Il-kantanta Taljana Francesca Alotta tinsab Malta biex għada tkanta flimkien mal-istudenti tal-iskola Mater Boni Consilii Saint Joseph, Raħal Ġdid, f’kunċert b’risq l-Istrina. F’intervista ma’ TVM, Francesca Alotta tkellmet fuq esperjenzi…

Qorti

Żewg Egizzjani li kienu fi triqithom lejn pajjizhom bil-flus li tawhom kollegi taghhom biex jghadduhom lill-familji, spiċċaw fil-għali. Huma ġew akkużati li kienu qed iġorru flus iktar milli tippermetti l-liġi….

Kisbiet

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim…

Aktar