Lokali
Jiżdiedu b’7,300 it-talbiet għal riċerka minn Identity Malta

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena daħlu mas-7,300 talba aktar għar-riċerki meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2017.

Dan qalitu s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli. Hija qalet li din iż-żieda ta’ 11% turi kemm il-proprjetà f’Malta hi b’saħħitha.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet Farrugia Porelli ppreżentat 70 faxxiklu rrestawrat lill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana. Il-faxxikli jiġbru fihom indiċi li ġew insinwati f’Għawdex bejn l-1902 u l-1930 u jinkludu dettalji ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà, separazzjonijiet, kawża mortis, fidi ta’ ċnus, u donazzjonijiet.

Hija saħqet dwar kif dan se jissimplifika u jħaffef aktar il-proċessi għall-Għawdxin li jridu jixtru proprjetà f’Għawdex stess.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Skont Oliver Frendo, mill-Kooperativa tal-Majjali f’Malta, is-sitwazzjoni preżenti tal-majjali f’Malta mhix daqshekk tajjeb. Waqt il-programm TVAM Oliver qal li s-settur lokali tal-majjali tilef aktar minn 10% tal-bejgħ. Spjega li filwaqt…

Annimali

Żiemel li kien għaddej mit-triq deher li beża’ xħin għaddiet minn ħdejh karozza tal-linja. Huwa kien għaddej minn Triq Bormla, iż-Żejtun. Il-filmat, meħud nhar it-Tlieta li għadda juri ż-żiemel bis-serkin…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Annimali

Il-kunflitt kulturali reġa’ spikka wara l-istorja ta’ TVM li xxandret ilbieraħ dwar il-proposta tal-Imam Mohammed El Sadi biex il-biċċiera Musulmani jkollhom iċ-ċans li f’Malta joqtlu l-annimali skont it-tradizzjoni Musulmana tal-halal….

Aktar