Lokali
Jiżdiedu b’8.4% l-għadd ta’ passiġġieri li għaddew mill-Ajruport f’Awwissu

Il-vaganzi tas-sajf flimkien ma’ għażla ta’ aktar minn 120 destinazzjoni wasslu għal jiem tassew impenjattivi għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fil-fatt, tul ix-xahar ta’ Awwissu għaddew mill-ajruport 823,653 passiġġier.

Din iċ-ċifra ssarraf fi tkabbir ta’ 8.4% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Iż-żieda fin-numru tal-passiġġieri ġiet irreġistrata flimkien ma’ żieda ta’ 5.8% fil-movimenti tal-ajruplani u titjib ta’ 7.6% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet operati lejn Malta.

Barra minn hekk, is-seat load factor (SLF) ta’ Awwissu wera titjib marġinali fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet biex b’hekk laħaq it-88%.

L-aqwa ħamest iswieq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kienu r-Renju Unit (+3.1%), lItalja (+0.4%), il-Ġermanja (+24.7%), Franza (+13.7%) u Spanja (+9.3%).

Il-prestazzjoni ta’ dawn is-swieq irriżultat parzjalment mill-iskeda tas-sajf tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li ġabet magħha diversi żviluppi ġodda, inklużi l-introduzzjoni ta’ diversi rotot ġodda u titjib fil-frekwenza ta’ għadd ta’ titjiriet.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

54 parroċċa f’Malta qed joffru għajnuna lill-istudenti li ser ikunu qed jagħmlu l-eżamijiet online fil-ġranet li ġejjin, billi joffru spazji fejn l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu l-eżami. Fi stqarrija, il-Kurja qalet li…

Lokali

L-Istati Uniti faħħru lill-Gvern Malti li erbat ijiem ilu ħabbar il-qabda ta’ $1.1 biljun ta’ flus foloz Libjani li kienu ordnati minn entità illeġittima u stampati minn kumpanija tal-istat Russa,…

Annimali

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10pm, ntlemħet fekruna tal-baħar tbid fil-bajja tar-Ramla f’Għawdex. Il-fekruna tat-tip loggerhead, intlemħet tiela mill-baħar għall-ħabta tal-10pm u reġgħet niżlet fil-baħar għall-ħabta tal-11.30pm Fi stqarrija l-President Eżekuttiv ta’…

Aktar