Lokali
Jiżdiedu b’aktar minn 12,000 l-impjiegi full time

Bejn April tal-2017 u April li għadda, ħaddiema b’impieg full time żdiedu b’6.5% li jfisser li medda ta’ 12-il xahar il-ħaddiema b’impjieg full time żdiedu bi 12,352. Miċ-ċifri amministrattiċi ta’ jobsplus imxandra mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika joħroġ li sa April li għadda, il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol kienu jgħoddu ftit anqas minn mitejn u erbat elf persuna.

Iż-żieda ta’ 6.1% tal-provvista tal-ħaddiema kienet tikkonsisti f’aktar minn 12,000 ħaddiem ġdid fis-suq tax-xogħol u tnaqqis ta’ 730 persuna milli kienu qed ifittxu xogħol. Jirriżulta li ż-żieda kienet l-aktar mill-ħaddiema nisa li daħlu fis-suq tax-xogħol.

Miċ-ċifri uffiċjali jirriżulta li l-impjieg mas-settur privat żdiedu b’10,883 għal kważi 155,000 ħaddiem. Il-ħaddiema li żdiedu fuq il-kotba tal-Gvern kienu jgħoddu kważi 1,500 biex sa April li għadda, il-ħaddiema mal-Gvern kienu jgħoddu kważi 47,000 ruħ. Waqt li l-ħaddiema li jaħdmu għal rashom żdiedu b’942 għal total ta’ 11,410.

L-istatistika dwar is-suq tax-xogħol turi wkoll li kien hemm żieda anke fil-ħaddiema li għandhom impjieg part time. Miċ-ċifri joħroġ li sa April kien hemm aktar minn 35,000 ħaddiem li kienu reġistrati li għandhom biss impjieg part time. Kien hemm ukoll kważi 27,000 ħaddiema oħra reġistrat ma’ Jobsplus li barra l-impjieg full time kellhom ukoll xogħol ieħor part time.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Reċta dwar l-immigrazzjoni kellha titħassar minħabba li wieħed mill-atturi ma kellux il-viża biex jiġi Malta. Phosphoros Theatre kienet kostretta li tħassar ir-reċta f’Malta minħabba li attur minnhom ma applikax għall-viża….

Annimali

Għas-Supretendent Mario Haber is-sejba ta’ kelb mejjet u erbat iqtates ħajjin fid-dar ta’ mara mejta f’San Pawl il-Baħar “kien każ uniku”. Is-Supretendent Haber tkellem ma’ Moira Delia dwar x’sabu l-Pulizija…

Qorti

L-eredi tat-turista Bulgara li tilfet ħajjitha fl-inċident traġiku tad-double decker fiż-Żurrieq f’April is-sena l-oħra, preżentat protest ġudizzjarju kontra l-kumpanija City Sightseeing Malta u Transport Malta. Fil-protest ingħad li kemm il-kumpanija…

Annimali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri ħabbar li lbieraħ daħħal abbozz fil-Parlament sabiex ikomplu jiħraxu l-multi fuq moħqrija tal-annimali. Għal darb’oħra l-Gvern ta għotjiet lill-Għaqdiet mhux Governattivi li qed jgħinu…

Aktar