Jiżdiedu bi tmienja fil-mija l-persuni li jinsabu f’Malta llegalment

Fl-2013, nstab li 2,437 persuna kienu f’Malta llegalment – żieda ta’ tmienja fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Minn dawn, 82.8 fil-mija kienu Afrikani u 13.6 fil-mija kienu Ażjatiċi – l-aktar Sirjani u Palestinjani. Minn dawn 460 ntbagħtu f’pajjiżhom.

Skont ċifri tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, maħruġa fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Refuġjati, fl-2013 waslu Malta, 24 dgħajsa b’2,008 immigranti llegali – l-akbar ammont mill-2008. Dan fisser żieda ta’ 6.2 fil-mija fuq l-2012. Il-maġġoranza tal-immigranti kienu Afrikani, b’ċittadini Somali jammontaw għal kważi 50 fil-mija.

Is-sena l-0ħra l-Uffiċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati għamel 2246 applikazzjoni ġdida għall-protezzjoni internazzjonali, li jfisser żieda ta’ 8 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Aktar minn nofs dawn l-applikazzjonijiet kienu ta’ rġiel ta’ bejn 18 u 34 sena u fil-maġġoranza kbira tal-każijiet l-applikanti kienu Afrikani.

L-istess uffiċċju s-sena li għaddiet ipproċessa 1905 applikazzjonijiet, li minnhom 84.3 fil-mija ingħataw deċiżjoni pożittiva filwaqt li l-bqija ġew rifjutati. L-akbar numru ta’ applikanti li ngħataw l-ażil kienu ġejjin mis-Somalja u mill-Eritrea.

Matul l-2013 kien hemm tnaqqis ta’ 14.2 fil-mija fl-għadd ta’ nies li jgħixu fiċ-ċentri miftuħin u postijiet oħra istituzzjonalizzati. L-akbar ammont ta’ nies, 72.1 fil-mija kienu qed jgħixu f’Ħal Far, filwaqt li 23.5 fil-mija kienu qed jgħixu l-Marsa. Aktar minn tliet kwarti tar-residenti kienu rġiel.

Skont statistika tal-Eurostat, fl-2013 l-istati membri tal-Unjoni Ewropea taw kenn lill-135,700 persuna l-aktar persuni mis-Sirja, l-Afghanistan u s-Somalja.

L-aktar pajjiżi fejn persuni ngħataw kenn is-sena li għaddiet kienu l-Iżvezja, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit. Dawn bejniethom taw kenn lil aktar minn 70 fil-mija tal-każijiet.

Mit-total ta’ 135,700 persuna li ngħataw kenn, 64,500 ngħataw status ta’ refuġjat, 50,900 ngħataw protezzjoni sussidjarja u 20,400 ġew awtorizzati jibqgħu fil-pajjiż għal raġunijiet umanitarji.

 

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi stqarrija l-Matsec qalet li dawk l-istudenti li xtaqu jagħmlu l-eżamijiet tal-A Levels u l-Intermediates, jistgħu ipoġġu għal dawn l-eżamijiet f’Settembru li ġej. Din is-sessjoni se tieħu post is-sessjoni tar-resits,…

COVID-19

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qed jilqa’ l-applikazzjoni ta’ erba’ faxex ta’ ħaddiema li jaħdmu jew kienu jaħdmu fis-settur privat u ma baqgħux jaħdmu minħabba l-impatt tal-Coronavirus, iżda li mhux ser jintlaħqu…

Lokali

Wara kjarifiki uffiċjali, kien hemm qbil reċiproku li l-prezz tal-gass f’ċilindru ta’ 12kg ta’ Liquigas se jkun ta’ €15. Dan wara laqgħa llum bejn Liquigas Malta, li talbet biex tiċċarra…

COVID-19

Fiċ-ċirkostanzi preżenti maskra tiswa mitlu deheb partikolarment għal professjonisti li jinsabu fil-fruntiera tal-ġlieda kontra l-imxija tal-Covid-19. Fid-dawl tad-domanda qawwija għall-maskri soffistikati, Inġinier Malti fl-Fakultà tal-Inġinerija tal-Università ta’ Malta żviluppa magna…

Aktar