COVID-19
Jiżdiedu ċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-COVID-19 aċċettati f’Malta

L-Awtoritajiet tas-Saħħa u tat-Turiżmu jħabbru li mil-lum f’Malta se jkunu qed jiġu rikonoxxuti ċ-ċertifikat diġitali tal-Eġittu u l-karta tar-rekord tat-tilqim tal-Libanu.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeri għas-Saħħa u t-Turiżmu ntqal li dawn iċ-ċertifikati se jkunu rikonoxxuti b’vaċċini approvati mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini, ikunu kors sħiħ u jkunu għaddew 14-il ġurnata mill-aħħar doża.

Malta fil-preżent qed tirrikonoxxi wkoll iċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera, tat-Turkija, tal-Emirati Għarab Magħquda, tar-Renju Unit, tas-Serbia, tal-Ġibiltà, ta’ Jersey, ta’ Guernsey, tal-Qatar, tal-Albania, tal-Awstralja u kif ukoll ir-record card tal-Istati Uniti.