Lokali
Jiżdiedu l-ħinijiet tal-ftuħ fil-fergħat tal-BOV

Il-Bank of Valletta ħabbar li minn nhar it-Tnejn 1 ta’ Ġunju 2020 se jkun qed iżid il-ħinijiet tal-ftuħ tal-fergħat tiegħu għal skeda kważi normali.

Minn nhar it-Tnejn, il-Fergħat tal-BOV se jkunu qed jiftħu mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 am u s-1.30 pm. Ġbid ta’ flus u tisrif ta’ ċekkijiet se jkunu aċċettati sa nofsinhar skont kif kienu il-proċeduri normali ta’ qabel il-COVID.

Il-bank fi stqarrija qal li l-proċeduri kollha kurrenti fir-rigward tas-servizzi tal-kaxxiera u l-miżuri ta’ sikurezza inkluż il-limitazzjoni tan-numru ta’ klijenti ġewwa l-fergħa fi kwalunkwe ħin se jibqgħu fis-seħħ.