Lokali
Jiżdiedu l-impjiegi full time bi 11,000

Ċifri ta’ Jobsplus ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fuq medda ta’ sena sa Awwissu li għadda, il-ħaddiema b’impjieg full time f’Malta żdiedu bi ftit aktar minn 11,000, żieda ta’ 6% fuq is-sena ta’ qabel.

L-istatistika turi wkoll li kien hemm żieda ta’ 1.7% fil-ħaddiema li għandhom biss impjieg fuq bażi part time. Fl-istes perjodu minn Awwissu tal-2016 sa Awwissu li għadda l-persuni jirreġistraw għax-xoghol naqsu b’772 persuna.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li mil-11,000 impjieg ġdid li nħolqu f’sena, aktar minn 9,600 huma impjiegi fis-settur privat li jinkludi aktar minn 700 li bdew jaħdmu għal rashom. Il-ħaddiema mal-Gvern żdiedu b’1,400 bejn Awwissu tal-2016 u Awwissu li għadda.

Mill-istatistika tal-Jobsplus joħroġ li f’sena żdiedu b’10% għal iktar minn 26,400, il-ħaddiema li barra l-impjieg fiss għandhom xogħol ieħor part time. Mill-banda l-oħra kien hemm aktar minn 37,500 ħaddiem ieħor li għandhom biss xogħol fuq bażi part time.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Luke, huwa l-ewwel Malti li laħaq l-ewwel miljun abonat (subscriber) fuq YouTube. Skont l-aħħar statistika li ħarġet f’Jannar kull minuta jitilgħu 300 filmat fuq YouTube u kuljum in-nies jaraw mal-5…

Knisja Maltija

Sorpriża għad-Dinglin mal-ħruġ tal-istatwa titulari ta’ Santa Marija. L-abbatini qattgħu l-btajjel tas-sajf jaħdmu fuq l-ewwel infjorata fuq iż-żuntier tal-Knisja Arċipritali, li minn fuqu għaddew ir-reffiegħa. Il-grupp tal-abbatini ta’ Ħad-Dingli sellem…

Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-ġurnali tal-lum, it-Tnejn, 20 ta’ Awwissu TIMES OF MALTA Times of Malta fir-raport ewlieni tiegħu jikkwota sorsi qrib il-Gvern li qalu li Malta qatt mhi…

Mużika

Malta ma kklassifikatx mal-ewwel sitta fil-Eurovision Young Musicians madankollu hija serqet il-qlub tal-Maltin. Bernice Sammut Attard daqqet il-pjanu f’Edinburgh nhar is-Sibt li għadda. Fil-Eurovision Young Musicians ħadu sehem 18-il pajjiż….

Aktar