COVID-19
Jiżdiedu l-każijiet f’Melbourne: residenti f’9 torrijiet għoljin f’lockdown strett

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus.

L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se jitpoġġew f’lockdown u se jkunu eżentati milli jħallsu l-kirja għal ġimgħatejn fost miżuri oħra ta’ appoġġ soċjali inkluż li jkunu pprovduti bi provisti tal-ikel u l-mediċini.

Timijiet mediċi se jkunu qed jittestjaw lil kull resident bieb bieb f’dawn ir-residenzi.

Dan wara li fi ftit jiem irriżultaw minn tal-anqas 23 każ pożittiv għall-Covid-19 f’żewġ oqsma tad-djar.

Is-Sibt, l-istat ta’ Victoria irreġistra 108 każi ġodda u fl-aħħar 24 siegħa kienu rrapportati 74 infezzjoni ġdida oħra – il-maġġoranza minn subborgi ta’ Melbourne.

Fl-Awstralja kollha ġew ikkonfermati s’issa 8,362 infezzjoni  u 104 imwiet bil-Covid-19.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 14-il każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,438 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 199. Il-Ministeru tas-Saħħa spjega…

COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Aktar