Droga
Jiżdiedu l-persuni li jirrikorru għall-għajnuna wara l-użu ta’ stimulanti u drogi sintetiċi

L-aġenzija Sedqa qed tinnota żieda fl-għadd ta’ persuni li jirrikorru għall-għajnuna minħabba l-użu ta’ stimulanti bħall-kokaina, ecstasy u b’mod partikolari d-drogi sintetiċi bħal cannabinoids li huma differenti mill-kannabis.

Mill-banda l-oħra l-persuni ġodda li għandhom dipendenza fuq l-eroina qed jonqsu b’mod sinifikanti.

Professjonisti li jaħdmu ma’ persuni li jabbużaw mid-droga qed jinnutaw bidliet fix-xejriet tat-teħid tad-droga u f’xi sitwazzjonijiet huma nkwetanti.

Dr Moses Camilleri mill-Aġenzija Sedqa qal li filwaqt li qed jonqsu dawk li jirrikorru għall-għajnuna minħabba d-dipendenza ta’ drogi tradizzjonali bħall-eroina, qed jaraw żieda pjuttost sinifikanti fl-użu ta’ drogi sintetiċi u stimulanti.

Dr Moses Camilleri qal “żieda fl-użu tas-sustanza kokaina u qed naraw nies li jiġu għandna bi problema ta’ użu ta’ dik li hi magħrufa bħala sythetic cannabinoids meta jirrealizzaw li din kuntrarju għal ma forsi kienu jindunaw li qed jiġrilhom meta jużaw il-ħaxixa tradizzjonali qed jindunaw li qed jiġrulhom affarijiet wisq aktar differenti u xi kultant gravi li ma jistgħux ilaħqu magħhom”

Minkejja li l-ismijiet huma pjuttost simili, il-Professur Emanuel Sinagra mid-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta’ Malta spjega li l-effetti u s-sustanzi fihom huma differenti ħafna minn xulxin.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Kimika tal-Università ta’ Malta, il-Professur Emanuel Sinagra qal “synthetic cannabinoids m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-molecule tat-THC li ssib fil-kannabis, jgħidulhom cannabinoids għax jaħdmu fuq il-moħħ bl-istess mod li jaħdem il-kannabis.”

“In-nies qed ifittxu l-għajnuna meta jużaw il-cannabinoids għax qed ittihom affarijiet illi ma kienux qed jistennew u jlaħqu magħhom tipo ta’ nies li jkollhom mard mentali serju jiġifieri nies li jibda jkollhom hallucinations, isiru paranoid” stqarr Dr Moses Camilleri.

Dr Camilleri spjega li wħud mill-persuni li jabbużaw mis-synthetic cannabinoids tant qed jispiċċaw ħażin li jkollhom jittieħdu għall-kura fl-Isptarijiet Mater Dei jew Monte Karmeli u f’każijiet anke hemmhekk ikollhom sfida biex jiġu kkontrollati.

Saħaq li din hi realtà ġdida li qed tippreżenta sfidi kbar għal kull min jipprova jgħinhom joħorġu mill-vizzju.

Dr Moses Camilleri kompla jgħid “sfortunatament qed naraw anke nies ta’ etajiet żgħar – 14 jew 15 year olds – illi minn dan iż-żmien teneru qed jibdew jużaw dawn is-sustanzi.”

Dr Camilleri spjega li meta l-persuni fuq drogi sintetiċi jidħlu fi programmi ta’ rijabilitazzjoni qed jispiċċaw joħorġu wara ftit jiem minħabba l-kilba kbira li jkollhom għall-istess sustanzi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-familja Michael Falzon dalgħodu ta lill-Fondazzjoni Sebħ, €2.5 miljuni fuq medda ta’ tliet snin għal erbat’ idjar li jagħtu residenza lil tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji naturali tagħhom….

Qorti

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera. L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit. Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u…

Aktar