Ambjent
Jiżdiedu s-seabins biex jinġabar l-iskart fil-baħar

Sal-aħħar tas-sena, se jitwaħħlu 18-il seabin li jiġbru l-iskart mill-baħar.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Birgu, is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, Deo Debattista, spjega li s’issa ġew approvati u ffinanzjati disa’ seabins, fil-Pietà, f’San Ġiljan, fil-Birgu, fl-Imsida, f’Marsaxlokk, f’Marsaskala, f’Ta’ Xbiex, fil-Kalkara u fil-Gżira.

Barra minn hekk hemm disa’ oħra li l-post għalihom għad irid jiġi determinat. Dawn is-seabins qed jiġu ffinanzjati mill-privat.

Dr Debattista spjega li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni se tidħol f’arranġament biex jitbattlu s-seabins u ssir il-manutenzjoni li jkun hemm bżonn. Qal li żewġ ħaddiema se jkunu assenjati ma’ dan il-proġett.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis, qal li l-installazzjoni ta’ dawn is-seabins tipprovdi soluzzjoni għat-tnaqqis tal-iskart mill-baħar biex tonqos il-ħsara li dan jagħmel lill-ekosistema marittima.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 24 sena mis-Somalja, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie aggredit f’Għawdex. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofs il-lejl, fi Triq il-Munġbell, fiż-Żebbuġ, Għawdex. Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mar-Rapid…

Kronaka

Il-Ġimgħa filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, inqala’ argument bejn raġel ta’ 48 sena residenti San Pawl il-Baħar, u żewġt irġiel. Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-argument seħħ fi…

Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Aktar