Safar
Jiżdiedu sitt pajjiżi li tista’ żżur mill-1 ta’ Lulju u jonqos pajjiż li kien fil-lista oriġinali

Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Awtorità tat-Turiżmu laqgħu d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li sitt pajjiżi oħra ġew inklużi mal-lista ta’ destinazzjonijiet li l-Maltin jistgħu iżuru u li minnhom jistgħu jiġu turisti f’Malta mill-1 ta’ Lulju. Laqgħu ukoll id-dikjarazzjoni li r-restrizzjonijiet fuq il-bqija tad-destinazzjonijiet se jitneħħew mill-15 ta’ Lulju u għalhekk l-ajruport se jinfetaħ għad-destinazzjonijiet kollha.

Il-pajjiżi l-ġodda li żdiedu mal-lista huma l-Italja minbarra Emilia Romagna, Lombardy, u Piemonte, Franza minbarra Ile de France, Spanja minbarra Madrid, Catalonia, Castilla-La Mancha,, Castile and Leon, il-Polonja minbarra l-ajruport Katowice, il-Greċja u l-Kroazja.

Mill-banda l-oħra, Iżrael li kien inkluż mal-lista oriġinali, tneħħa. Qed isir monitoraġġ tal-pajjiżi fuq din il-lista u għalhekk meta jinħass il-bżonn din tiġi riveduta.

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-ftuħ tal-ajruport se jkompli jsostni it-turiżmu u l-ekonomija. Iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu Gavin Gulia qal s-settur tal-ivjaġġar u tal-ospitalità se jkun jista’ jirpilja aktar maljar.

Ilbieraħ il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li se titneħħa l-emerġenza ta’ saħħa.