Lokali
Jiżdiedu t-turisti iżda jonqsu l-iljieli li qagħdu fil-lukandi

Skont stħarriġ tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti, l-MHRA, minkejja żieda ta’ kważi 3% fit-turisti fl-ewwel tliet xhur tas-sena, kien reġistrat tnaqqis ta’ 5% fit-turisti li qagħdu fil-lukandi.L-MHRA rrikonoxxiet li l-akkomodazzjonijiet privati qed jiżdiedu iżda ilmentat li hemm eluf ta’ akkomodazzjonijiet li mhumiex reġistrati u qed joħolqu kompetizzjoni inġusta. Il-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi ħabbar li biex tkun indirizzata din il-kwistjoni, l-Awtroità tat-Turiżmu laħqet ftehim mas-sit booking.com biex s-sidien Maltin li jirriklamaw l-akkomodazzjoni tagħhom fuq das-sit ikunu obbligati jipprovdu n-numru tal-liċenzja.

Għall-ewwel darba f’numru ta’ snin, stħarriġ tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA, wera li kien hemm żieda fit-turisti fl-ewwel tliet xhur tas-sena, magħruf bħala l-aktar perjodu kajman tas-sena.

Ir-rapport, imħejji mill-kumpanija Deloitte, juri li bejn Jannar u Marzu kien hemm żieda ta’ kważi 3% fit-turisti li ġew Malta. Iżda, il-President tal- MHRA, Tony Zahra esprima tħassib li ż-żieda fl-akkomodazzjonijiet privati u r-ristoranti qed toħloq riskju fuq il-profitabilità tas-settur.

Tony Zahra qal “jidher li s-suċċess li kellha l-industrija fl-aħħar snin ħajret ħafna nies jidħlu f’dan is-settur u dan ser jikkawża over supply ta’ accommodation li ma jkun tajjeb għal ħadd għax id-domanda hija limitata. Aħna pajjiż żgħir mhux ser nikbru – ma nistgħux inġibu d-doppju li qed inġibu bħalissa.”

L-istudju tal-MHRA juri li bejn Jannar u Marzu n-numru ta’ ljieli fil-lukandi naqsu b’5.5% minkejja ż-żieda fit-turisti. Juri fost oħrajn li r-rata ta’ okkupanza fil-lukandi tal-ħames stilel naqset bi 3.3% u fil-lukandi ta’ erba’ stilel naqset bid-doppju.

Il-President tal-MHRA qal li l-akkomodazzjonijiet privati li mhumiex reġistrati, li jistma li jlaħħqu l-4,000, qed joħolqu kompetizzjoni inġusta.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li jifhem il-preokkupazzjoni tal-industrija. Ħabbar li minn dan ix-xahar, wara ftehim fil-prinċipju mal-booking.com, ser jibdew jirriklamaw biss akkomodazzjonijiet Maltin li huma liċenzjati u registrati biex joffru das-servizz.

“Irid ikollhom a licence number tal-MTA reġistrat magħhom. Ser nibdew billi ninkludu all new applicants – ser ikollhom a licence number imbagħad ser ikun hemm messaġġ lill-membri kollha tal-booking.com biex jirregolaw ruħhom huma wkoll” spjega l-Ministru Mizzi.

Il-Ministru Mizzi qal li bħalissa għaddejjin kuntatti m’operaturi oħrajn bħal Trip Advisor biex tkun assigurata kompetizzjoni ġusta.

Aħbarijiet Oħra
Riċerka u Innovazzjoni

Il-Malta Enterprise u ċ-Ċentru dwar ir-Riċerka tal-Kannabis tal-Università McGill iffirmaw ftehim għall-kollaborazzjoni fil-qasam tal-kannabis mediċinali. Il-Malta Enterprise u l-Università McGill tal-Kanada ffirmaw memorandum of understanding għall-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka dwar il-mediċina…

Qorti

Ċittadin Amerikan li joqgħod tas-Sliema ġie ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta l-akkużi li għamel b’kemm jiswew €72,000 fi ħsara f’żewġ lukandi f’San Ġiljan u fir-residenza…

Qorti

Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Edwina Grima ma laqgħetx l-appell tal-Avukat Jean Philippe Chetcuti li kien qed jikkontesta d-deċiżjoni tal-Maġistrat Caroline Farrugia Sacco biex tinfetah inkjesta maġisterjali wara li ftaħar bil-konnessjonijiet…

Lokali

Min-nhar it-Tnejn jibdew is-16-il jum ta’ attiviżmu dwar il-vjolenza domestika b’attivitajiet maħsuba biex il-vjolenza domestika ma tibqax mistura bejn l-erba’ ħitan tad-djar. Għalkemm żdiedu sew ir-rapporti lill-Pulizija u lill-Aġenzija Appoġġ…

Aktar