Qorti
Jiżgiċċa l-akkużi ta’ hit and run minħabba żball fid-dati tal-akkużi

Bulgaru li jgħix San Pawl il-Bahar żgiċċa l-proċċeduri kontrih wara żball proċedurali għaliex id-dati tal-akkużi ma tniżżlux sew.

Simeon Nikolaw Darakhiev kien akkużat b’hit and run fuq karozza fil-Qawra.

Wara li l-pulizija eżaminat filmati tas-CCTV, l-akkużat issejjaħ l-għassa u minbarra l-akkużi tal-hit and run, kellhom iniżżlu wkoll akkużi li wasal l-għassa jsuq taħt l-influwenza tax-xorb.

Iżda għalkemm kien hemm id-data tal-ewwel każ, id-data ta’ meta mar l-għassa ma kenitx inkluża. Meta l-każ tressaq il-Qorti s-sena l-oħra, l-avukat difensur David Bonello insista li l-akkużat irid jiġi nfurmat mill-ġdid bl-akkużi ġodda, bil-proċeduri spiċċaw jieħdu iktar żmien milli suppost, bil-każ spiċċa ġie preskritt.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar