Saħħa
Jiżnu 36kg u 40kg u jinsabu f’xifer il-mewt

It-tewmin Russi ta’ 14-il sena, Masha u Dasha Ledeneva minn Lipetsk, jinsabu f’xifer il-mewt hekk kif komplew jonqsu fil-piż.

Ilhom għal dan l-aħħar xahar rikoverati fl-isptar ta’ Moska minħabba li qed jiżnu 36kg u 40kg u jeżisti riskju li qalbhom tieqaf tħabbat minn ħin għall-ieħor.

It-tfajliet Russi ntalbu biex jitilfu ftit piż mill-iskola tal-moda li kienu jattendu bil-għan li l-ħuġbejn joħorġulhom iktar f’wiċċhom.  It-tobba qed jagħmlu minn kollox biex isalvawlhom ħajjithom mill-anoressja.

Dan għax l-anoressja ħakmithom sew tant li spiċċaw għadma u ġilda.  It-tewmin daħlu f’koma fl-aħħar tliet ijiem u jidher li qed jirkupraw bil-mod wara li ngħataw kura intensiva.

L-attivista kontra d-diżordni fl-ikel Maria Kokhno qalet li ebda sptar ma ried jikkurahom għax bdew jikkunsidrawhom bħala kadavri ħajjin.

L-iskola tal-immudellar li kienu jiffrekwentaw it-tewmin f’Lipsetsk spiċċat fil-mira tal-media Russa wara li esponiet il-metodi wżati għall-mudelli, iżda ma riditx tikkummenta dwar l-eżitu tal-każ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Waqt li llum l-aħħar jum tal-kampanja elettorali f’Malta, fir-Renju Unit u l-Olanda l-votanti qed jivvutaw fl-ewwel jum minn erbat li matulhom se jsiru l-elezzjonijiet fi 28 pajjiż-membru biex jiġu eletti…

Annimali

F’Richmond l-Istati Uniti, mara ħalliet fit-testment tagħha li meta tmut il-kelba tagħha trid tindifen magħha. Il-każ tal-kelba Shih Tzu Emma qajjem polemika kbira tant li l-għaqdiet favur il-ħarsien tal-annimali ppruvaw…

Barranin

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi għamel rebħa impressjonanti fl-elezzjoni ġenerali fl-Indja b’iktar minn 340 siġġu mirbuħ f’Parlament ta’ 543 siġġu. Il-Partit tal-Kungress immexxi minn Rahul Ghandi kiseb biss 87 siġġu….

Barranin

Fl-Italja, sindki ta’ bliet fantażma ħarġu bil-kunċett li jħajru barranin jixtru propjetà biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lil-lokalità. Fi Franza, is-Sindku ta’ Montereau Jean Debouzy deċċieda li minħabba l-kriżi ta’ nuqqas…

Aktar