Jiżviluppa krema tal-ġilda li tista’ tneħħi t-tpinġija mingħajr tbatija

Student Kanadiż qed joffri opportunità ġdida lil dawk li għal xi raġuni jew oħra għandhom tpinġija li dejqithom u li jixtiequ li jneħħu.

Alec Falkenham, student li qed jistudja biex iġib il-PhD ħoloq taħlita ġdida li permezz tagħha tista’ titneħħa tpinġija bla tbatija ta’ xejn u bi prezz baxx ħafna.

F’intervista mal-istazzjon televiżiv CBC, Falkenham qal li dan il-prodott li ‘l quddiem mistenni jiġi f’forma ta’ krema tal-ġilda, m’għandux effetti oħra ħlief li jiċċara l-linka, bil-kontra ta’ mezzi oħra li permezz tagħhom titneħħa t-tpinġija bħal-laser li jista’ jaħraq il-ġilda u jħalli marki. Huwa qal li din it-taħlita ma taħdimx fuċ ċ-ċelloli n-normali tal-ġilda iżda fuq dawk li jkunu xorbu l-linka meta tkun saret it-tpinġija. Għalhekk din il-krema ma tifjammax il-ġilda iżda bilmod il-mod tattakka ċ-ċelloli tal-linka biex it-tpinġija tibda tiċċara.

Falkenham spjega li l-proċess huwa wieħed kajman iżda li jħalli riżultati mixtieqa. Barra minn hekk huwa sigur u ħafna irħas minn metodi oħra. Filfatt qed ikun stmat li kull stoċċ se jkun jiswa madwar €4.45. Il-prodott għadu qed ikun eżaminat u għalhekk għadu mhux ċar kemm ikun hemm bżonn ta’ applikazzjonijiet sabiex jaħdem.

Professuri esperti qed jgħidu li l-istudju ta’ Falkenham s’issa wera riżultati pożittivi ħafna sabiex ikun żviluppat fi prodott li ‘l quddiem ikun jista’ jinbiegħ fis-suq.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Bosta minna, ta’ tfal żgħar li konna, meta kien imissna nieħdu xi tilqima, żgur li ma konniex nieħdu gost. Il-labbra kienet twerwirna lkoll, ngħiduha kif inhi. U, magħna, il-ġenituri tagħna…

Barranin

Fir-Renju Unit, ċifri uffiċjali għal bejn Awwissu u Ottubru li għadda wrew li l-ekonomija esperjenzat l-agħar tliet xhur fl-aħħar għaxar snin minħabba li t-tkabbir staġna għalkollox. Iċ-ċifri ħarġu jumejn qabel…

Teknoloġija

Minn sena għall-oħra, it-teknoloġija mxiet ‘il quddiem ġmielu u fost il-bosta benefiċċji li ġabet magħha hemm dak tax-xiri onlajn. Fi ftit kliem, meta għandna bżonn nixtru xi ħaġa, jekk hux…

Barranin

Tħabbret il-mewt tal-kantanta Żvediża, Marie Fredriksson. Fredriksson, kienet tkanta mal-grupp ċelebri Roxette u mietet fl-età ta’ 61 sena wara li ħakmitha l-marda tal-kanċer. Il-kantanta kisbet fama internazzjonali fl-1990 bis-saħħa tad-diski…

Aktar