Lokali
Aġġornat: Kontrollat nar f’kamra biswit il-Parlament

Kontrollat f’ħin qasir nar li żviluppa matul il-lejl f’kamra biswit il-binja tal-Parlament. In-nar beda f’batteriji tal-UPS li jissupplixxu d-dawl tal-emerġenza lill-Parlament.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Ispeaker qal li s-sistema elettronika tal-binja nnotifikat mill-ewwel lill-Pulizija li kienu għassa mal-lejl bin-nar li minnufih talbu l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. In-nar fil-kamra fejn jinsabu dawn il-batteriji ġie kontrollat mill-ewwel.

Dwar il-każ infestħet inkjesta mill-Maġistrat Rachel Montebello.

Aħbarijiet Oħra

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Mart il-President ta’ Malta, is-sinjura Miriam Vella qalet li tifhem eżatt il-bżonn ta’ iktar għarfien fuq il-kanċer tas-sider għax tilfet lill-ommha b’dan il-kanċer. Is-sinjura Vella din is-sena hija l-Patruna tal-kampanja…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qalet li llum għamlet il-verifiki kollha u ġie konkluż li n-numru ta’ tesserati eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa 21,499….

Uffiċjali mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA qegħdin jiċċertifikaw li kull skola f’Malta u Għawdex hija konformi mar-regolamenti li tfasslu mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’kummenti ma’ Television Malta, is-Segretarju Permanenti…

Aktar