Kurżitajiet
Jiżżewġu f’dar tal-anzjani wara li kienu ilhom flimkien 54 sena

Anzjana ta’ 85 sena u anzjan ta’ 82 sena iżżewġu wara li kienu ilhom flimkien 54 sena.  Ir-raġel ilu jbati 18-il sena mill-marda tal-Parkinson u issa sab ruħu fuq siġġu tar-roti.

Italo Talluto kellu jħalli kollox, inkluż id-dar, u jmur joqgħod f’dar tal-anzjani f’Milan.  Donnu kien allerġiku għaż-żwieġ, iżda meta kellu jitbiegħed minn Maddalena Castelli spiċċa żżewwiġha fid-dar tal-anzjani.

Ritratt: Corriere della Sera

F’intervista fuq ġurnal Taljan, Maddalena qalet li dejjem kienu jkunu flimkien, jgħixu fl-istess dar, isiefru flimkien, u joħorġu flimkien mal-ħbieb tagħhom.

Irrakkontat li ried jiżżewweġ malajr, qabel ma jħalli din id-dinja minħabba l-Parkinson.

Italo xtaq jiċċelebra t-tieġ tagħhom b’festa fid-dar tal-anzjani fejn qed joqgħod, fejn fost il-mistednin kellhom bosta qraba, ħbieb, kif ukoll professjonisti u ħaddiema fid-dar tal-anzjani.

Għalkemm qattgħu ħajjithom dejjem flimkien, issa qed jgħixu separati – hu fid-dar tal-anzjani u hi fir-residenza tagħhom – iżda Maddalena tmur kuljum iżżur lil żewġha, li jixtieq jirritorna f’darhom iżda x-xewqa tiegħu ma tantx tista’ sseħħ minħabba s-sitwazzjoni li jinsab fiha!

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President tal-Italja, Sergio Mattarella temm il-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-kapijiet tal-gruppi politiċi dwar il-kriżi politika wara li jumejn ilu sfaxxa l-gvern ta’ Conte. Is-sensazzjoni hija li l-partiti jridu jmorru għal elezzjoni…

Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Aktar