Kurżitajiet
Jiżżewweġ l-eredi ta’ Napuljun

L-istorja terġa’ tirrepeti ruħha hekk kif l-eredi ta’ Napuljun, Jean-Christophe Napoleon Bonaparte żżewweġ lill-Kontessa Awstrijaka  Olympia Von Arco-Zinneberg.

Fl-1810, Napuljun innifsu kien iżżewweġ lil Maria Louisa tal-Awstrija biex itejjeb ir-relazzjonijiet politiċi bejn Franza u l-Awstrija bħala alleat tajjeb fil-gwerra kontra r-Russja u r-Renju Unit.

Il-koppja Jean-Christophe u Olympia żżewġu fl-Invalides, f’Pariġi fejn jinsab midfun Napuljun u wara ċċelebraw dan il-jum speċjali tagħhom b’ċerimonja lussuża fil-Palazz Fontainebleau fejn kien għex il-mexxej Franċiż.

Il-koppja qalu li ż-żwieġ tagħhom hu msejjes fuq l-imħabba għal xulxin u mhuwiex żwieġ ta’ konvenjenza.

Jean-Christophe huwa l-pro neputi tal-mexxej militari Franċiż.