Lokali
Jobżoq lill-membri tal-midja waqt li kien dieħel fil-Qorti

L-għada li darab żewġ Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, żagħżugħ minn Chad ġab ruħu ħażin fuq l-għatba tal-Qorti meta waqt li kien qed jiġi skortat mill-Pulizija beżaq lill-ġurnalisti li kienu deħlin biex jirrappurtaw il-każ. Ħafi, immanettjat u b’żarbun f’idejh Abdul Hamid Adam Zakkaria li għandu 23 sena ġie mixli li li darab żewġ Pulizija, m’obdiex l-ordinijiet tal-Pulizija, kellu sikkina mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija u kiser il-paċi pubblika.

 

L-Ispettur Priscilla Caruana Lee qalet li l-Ġimgħa filgħodu, il-Pulizija avviċinaw liż-żagħżugħ meta kien miexi b’injama f’idu fix-xifer tas-sur ħdejn l-Ambaxxata tat-Turkija fil-Floriana. Qalet li meta ntalab biex juri d-dokumenti ta’ identifikazzjoni, huwa ħareġ mus u ħebb għall-Pulizija bir-riżultat li kiser subgħa ta’ kuntistabbli u darab ħafif surġent.

Iż-żagħżugħ qal lill-Qorti li ma riedx jikkomunika mal-avukat tal-għajnuna legali. Għall-ewwel hu wieġeb li hu ħati tal-akkużi, iżda wara li l-Qorti tagħtu ċans jikkunsidra, qal li ħassu xi ftit ma jiflaħx u biddel il-verżjoni għal waħda li mhux ħati.

Il-Maġistrat Ian Farrugia ordna li jibqa’ jinżamm arrestat.

Aħbarijiet Oħra
Ġurnali

In-Nazzjon: Fuq il-faċċata, kif qed jagħmlu ħafna mill-ġurnali tal-lum, ritratt tal-Prim Ministru Ingliża Theresa May li lbieraħ irnexxielha ssalva minn vot ta’ sfiduċja kontriha fil-partit konservattiv b’200 vot favur u…

Lokali

Matul il-ġurnata il-PBS se jiftaħ il-bibien tiegħu għas-segwaċi tal-programmi tat-tv u tar-radju biex ikollhom l-opportunità jaraw l-istudjos minn fejn jixxandru l-programmi u jiltaqgħu mal-preżentaturi u atturi li tant jammiraw. Fosthom…

Kronaka

Żewġt irġiel indarbu meta ttajru minn vettura f’B’Kara. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq…

Kronaka

Raġel sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq Sqaq iċ-Ċawla. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li seħħet ħabta bejn żewġ…

Aktar