Barranin
Joe Biden jirbaħ nofs mill-14-il stat li vvotaw biex jagħżlu l-kandidat demokratiku

Il-kandidat demokratiku Joe Biden rebaħ nofs mill-erbatax-il stat li vvutaw biex jagħżlu l-kandidat demokratiku li se jħabbatha ma’ Donald Trump fl-elezzjoni presidenzjali. L-ex viċi President rnexxielu jagħmel rebħiet kbar f’Minnesota, Oklahoma, Arkansas, Alabama, Tennesse, North Caroline u Virginia filwaqt li s-senatur Bernie Sanders mistenni li jirbaħ Colorado, Utah u Vermont.

Joe Biden mistenni li jirbaħ Massachusetts u l-fatt li l-kandidat ta’ nisel Malti Pete Buttigieg irtira mill-kampanja, tqieset bħala mossa tajba favur Biden.

Biden jidher li rnexxielu jattira l-vot tal-Afro Amerikani u dan qed jitqies bħala riżultat pożittiv ħafna għall-kampanja tiegħu minkejja li m’għandux biżżejjed appoġġ finanzjarju.

Biden mistenni li jirbaħ ukoll Virgina, u stennija kbira għar-riżultati mill-istat ta’ Callifornia u Texas.

Il-vot tal-bieraħ magħruf bħala Super Tuesday jagħti iktar minn 1300 delegat mill-1991 li hemm bżonn biex wieħed jirbaħ in-nomina għall-partit Demokratiku.