Barranin
Joe Biden mistenni jsir il-President Amerikan – l-ewwel indikazzjonijiet

Il-poplu Amerikan qed jagħti l-verdett dwar min irid li jkun il-President li jmiss tal-Istati Uniti għall-4 snin li ġejjin. Il-postijiet tal-votazzjoni fetħu llum f’50 stat tal-Istati Uniti. Madwar 240 million votant huma eleġibli li jivvutaw f’din l-elezzjoni, b’aktar minn 100 miljun diġà bagħtu l-vot tagħhom bil-posta fil-gimgħat li għaddew fl-elezzjoni bikrija.

Minkejja l-Covid, it-turnout tal-votanti f’din l-elezzjoni mistenni jkun ogħla minn dak ta’ 4 snin ilu, meta b’kollox kienu ħarġu jivvutaw ftit aktar minn mija u sitta u tletin miljun ċittadin.

L-ewwel indikazzjonijiet għall-elezzjoni inkluż is-swieq madwar id-dinja, qegħdin jagħtu rebħa għall-kandidat Demokratiku Joe Biden. L-istat li ser jagħti l-aktar indikazzjoni ċara ta’ fejn ser imur ir-riżultat ser ikun Pennsylvania, li fl-2016 intrebaħ minn Trump.

Il-parti l-kbira tal-elettorat li vvotat għal Trump f’Michigan hija favuru għax jaqblu mad-deċiżjonijiet li ħa fl-aħħar erba’ snin.

John Loewen qal li  “His accomplishments, a lot of people really don’t like him, a lot of people hate him, but you look at his accomplishments and the things he’s done, they’re great”.

Nancy Loewen qal li “And he wants to take our country into a godly direction, not in a communist direction”.

Votanti f’Minnesota qalu li vvutaw għall-Biden għax ma jaqblux ma’ kif Trump mexxa lill-Istati Uniti fl-aħħar 4 snin.

Brian Wilde qal li “Yeah, so I voted for Biden. I don’t know. (He’s) kind of the lesser of two evils for me. I don’t know. Trump was, seems like he doesn’t really care as much in office, and doesn’t necessarily care about being president, just having the title. And some of his climate views didn’t line up with mine, so it’s kind of the reason I went with Biden”.

Hekk kif it-tellieqa għall-WhiteHouse waslet fl-aħħar sigħat, fl-Istat ta’ Washington tpoġġew barikati madwar ir-residenza u l-uffiċċju tal-President Amerikan, hekk kif mbassra protesti, imur fejn imur ir-riżultat.

Joe Kott qal li  “Everybody seems to get along, this is the first election where it’s gotten a little ugly and people stealing lawn signs. It’s pretty stupid actually… I think the left is just so angry, I’ve actually been a little afraid of putting a sign out in front of my yard, that something was going to happen, and if I go out of town, my wife would make me take it down, it’s just stupid things that are happening”.

Jekk Trump jitlef l-elezzjoni, ikun l-ewwel President li ma jkunx elett għat-tieni mandat fi 28 sena.